IL-PONT Lulju 2020

Page 1

Nu. 57– LULJU 2020

werrej L-Editorjal

2

L-Aħbarijiet

3

Reazzjonijiet

7

Intervista ma’ Tarċisju Zarb

11

Intervista ma’ Melanie Camilleri

14

Intervista ma’ Chris Gruppetta

16

Reċensjonijiet

18

Kitba ta’ John Consiglio

23

Kitba ta’ Victor V. Vella

24

Kitba ta’ Melanie Camilleri

25

Jikteb Paul P. Borg

27

Is-Sette Giugno f’Għawdex - reċensjoni

29

Il-Poeżiji

30

Versi lil hinn minn xtutna

34

Minn fuq l-ixkaffa

35

Min jixtieq jikkontribwixxi f’IL-PONT b’materjal ta’ livell, mhux twil u adatt jista’ jibagħtu direttament lill-Editur flindirizz sammutpatrickj@gmail.com

1


Bħalma seħħ is-sena l-oħra ħassejt li għandi naħdem fuq edizzjoni ta’ IL-PONT żejda f’rabta max-xahar ta’ Lulju. U r-raġuni wara dan hi li l-materjal huwa bosta bħalma huwa l-interess u l-kontribuzzjonijiet li qed nirċievi min-naħa tagħkom il-qarrejja. U l-interess f’ IL-PONT jidher ukoll mir-reazzjoniiet li bosta jibagħtu u li din id-darba jifirxu fuq erba’ paġni. Issa li s-sajf hu magħna, bosta jkollhom iktar ħin ħieles u għalhekk, min jaf, iktar ħin biex jaqraw mhux biss din ir-rivista virtwali, imma anki kotba ta’ natura differenti. U wieħed mill-għanijiet ta’ IL-PONT hu li jħajjar lill-qarrejja jsiru jafu kittieba differenti u xogħlijiet u kotba ġodda li jistgħu jinteressawhom. Għalhekk f’kull edizzjoni ta’ IL-PONT jiġu inklużi intervisti ma’ personalitajiet differenti bħal kittieba u pubblikaturi, imma anki reċensjonijiet dwar kotba varji biex il-persuni interessati jkunu mgħarrfa u aġġornati dwar dan il-qasam u jkollhom quddiemhom għażla ta’ kotba li jistgħu jaqraw minn perijodu ta’ żmien għal ieħor. Fuq il-profil Twitter tal-kittieb Spanjol Carlos Ruiz Zafon, li miet f’nofs Ġunju 2020, din l-aħbar kerha hija akkumpanjata minn xi kliem li kiteb hu stess: “Kull ktieb, kull volum li tara għandu ruħ. Ir-ruħ ta’ min kitbu u r-ruħ ta’ min qrah, għexu u ħolmu.” U kemm hu sabiħ li tkun taf li anki hawn Malta mhumiex ftit dawk li d-dar tagħhom għandhom librerija żgħira jew kbira ta’ kotba għal qalbhom. Kienet għalhekk idea sabiħa ferm l-inizjattiva “Berraħ il-librerija tiegħek mal-erbat irjieħ” imtellgħa millKNK, u l-istedina biex il-parteċipanti jissuġġerixxu wkoll tliet kotba għal qalbhom. Parti importanti minn IL-PONT huma l-paġni ddedikati lill-aħbarijiet mid-dinja tal-letteratura, kemm dik lokali kif ukoll dik internazzjonali. U hawnhekk infakkar kemm huwa importanti għalina li nkunu nafu ilsna differenti, mhux biss biex inkunu nistgħu nikkomunikaw fl-ilsien oriġinali mal-bosta turisti u ħaddiema li jżuru pajjiżna, imma anki biex inkunu nistgħu napprezzaw il-letteraturi dinjija flilsien oriġinali tagħhom. U t-tagħlim tal-ilsna barranin mhux nieqes hawn Malta: bosta ilsna barranija qed jiġu mgħallma diġà mill-età ta’ 11-ilsena, fosthom it-Taljan, il-Franċiż, l-Ispanjol, l-Għarbi, iċ-Ċiniż, il-Ġappuniż, u r-Russu. Numru ta’ ilsna bħal dawn imbagħad jistgħu jintagħżlu bħala Diploma flimkien mad-Degree li wieħed/waħda jkunu qed isegwu fl-Università. U llum il-boroż ta’ studju huma iktar minn qatt qabel: dawn joffru opportunitajiet

varji biex min hu interessat jistudja l-lingwi barranin għal qalbu barra minn Malta u jissaħħaħ fihom. Min hawn nistaqsi x’sar minnhom l-Għaqda Poeti Maltin, ir-rivista uffiċjali tagħha “Versi”, u saħansitra l-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija “Mons. Amante Buontempo” li kien jittella’ kull sena fis-sajf? Hija ħasra li minn xi snin ’l hawn ma ħadna l-ebda aħbar dwar dan kollu u lanqas ittellgħu attivitajiet minn din l-Għaqda li sa ftit taż-żmien ilu, bis-saħa ta’ kumitat ħabrieki tassew, kienet ittella’ regolarment numru ta’ lejliet ta’ poeżija f’Malta u Għawdex, tistieden saħansitra poeti minn barra minn Malta, u tikkollabora fi proġetti ta’ natura poetiko-letterarja ma’ kunsilli lokali differenti u anki entitajiet barranin. Tkun ħasra kbira li Għaqda bħal din tmut mewta naturali bħalma ġara diġà lill-Għaqda Letterarja Maltija. Bħal dejjem IL-PONT jagħti spazju lil ilħna differenti, l-iktar lil dawk inqas magħrufa, anki permezz talkitbiet ta’ proża u poeżiji li jintbagħtu u jiġu ppubblikati f’kull edizzjoni. U kif il-qarrejja jafu, ILPONT qed jikkontribwixxi sew sabiex joħroġ għaddawl ismijiet ġodda permezz ta’ kitbiet ta’ żgħażagħ, nisa, u anki Maltin li jgħixu lil hinn minn xtutna. Din hija rivista virtwali li tinkoraġġixxi lil bosta joħorġu għad-dawl il-kitbiet letterarji tagħhom, u jalla ILPONT tkun l-ewwel pass li jwassal numru minn dawn il-kontributuri għal suċċessi ikbar fil-qasam talletteratura. IL-PONT ma jinkludix biss kitbiet bil-Malti, imma anki kitbiet b’ilsna oħra, l-iktar l-Ingliż u t-Taljan, u dawn miktubin mhux biss minn barranin, imma saħansitra minn kittieba Maltin. Dan għax il-letteratura Maltija f’sens wiesgħa hija dik li tinkiteb mill-Maltin mhux biss bl-ilsien nazzjonali, imma anki b’ilsna oħra. Dan hu s-sabiħ tal-kittieba Maltin: li jafu jiktbu mhux biss bil-Malti, imma anki b’ilsna bħalma huma l-Ingliż, itTaljan, il-Franċiż, l-Esperanto, l-Ispanjol, u l-bqija. Sodisfazzjon kbir hu l-fatt li IL-PONT qed jinqara minn numru dejjem jikber ta’ qarrejja, li għadd kbir minnhom jiena qatt ma ltqajt magħhom. IL-PONT dejjem jerfagħli xi sorpriża bħala Editur. Jiktbuli Maltin minn pajjiżi differenti, fosthom l-Awstralja, ilQatar, Franza, u rkejjen qrib u mbiegħda oħrajn. Kemm hu sabiħ dan! Minn hawn nawgura lill-qarrejja ta’ IL-PONT saħħa u sajf mill-isbaħ.

2


SENSIELA TA’ LAQGĦAT LETTERARJI MARATONI POETIĊI INTERNAZZJONALI

U

SenzaDistanza u Voci dal Mondo huma laqgħat letterarji u maratoni poetiċi internazzjonali u informali mtellgħin fl-Isvizzera u fl-Italja rispettivament bis-saħħa tal-pjattaforma virtwali Zoom. Bejn it-13 ta’ Mejju u tmiem Ġunju 2020, kull nhar t’Erbgħa, seħħet laqgħa letterarja taċ-ċiklu SenzaDistanza: matulhom kienu mistiedna ħames kittieba, tnejn minnhom mhux Taljani, li qraw u ddiskutew poeżiji u siltiet ta’ proża. Min-naħa l-oħra, waqt il-maratoni Voci dal Mondo (31 ta’ Mejju u 7 ta’ Ġunju 2020), ipparteċipaw 42 poeta minn 26 pajjiż differenti. Il-poeti qraw xogħlijiethom fl-ilsien oriġinali, b’intervalli mużikali mogħtija minn 7 artisti ta’ nazzjonalitajiet differenti. Dan il-proġett, milqugħ b’entużjażmu minn Fiammetta Miele, President talAssoċjazzjoni MARTEA ta’ Napli, twieled minn idea ta’ Lucilla Trapazzo (Żurigu) li ħadmet id f’id ma’ Eliana Stendardo (Napli) bil-għan li titneħħa kull tip ta’ distanza, minn dik imposta minħabba l-Covid-19, għal dik ġeografika, lingwistika u kulturali, u tgħaqqad flimkien poeti u kittieba minn kull parti tad-dinja f’komunità msejsa fuq il-kondiviżjoni u lkultura. Fost il-parteċipanti f’SenzaDistanza, waqt ilħames laqgħa li seħħet fis-17 ta’ Ġunju, il-poeta Patrick Sammut irrappreżenta lil Malta billi qara bilMalti l-poeżija tiegħu Flimkien Interrqu, li mbagħad qraha wkoll tradotta għat-Taljan, u l-poeżija Ricordi d’Assisi li hu kiteb bit-Taljan. Min jixtieq isegwi dawn il-laqgħat jista’ jagħmel dan permezz talħolqa: https://www.youtube.com/channel/ UC8EBBDqASKhlxYoHVtNE4PQ REBBIEĦA TAL-EUPL F’KONVERSAZZJONI ONLINE Nhar is-17 ta’ Ġunju l-membri tal-Akkademja talMalti setgħu isegwu online konversazzjoni mtellgħa mill-klabb Women’s Writes maż-żewġ kittieba rebbieħa tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għalLetteratura 2020: il-Bosnijaka Lana Bastasic, u lIspanjola Raquel Martinez Gomez. Lana Bastašić (1986) studjat l-Ingliż fl-Università u għandha Masters fl-Istudji Kulturali. Hi awtriċi ta’ żewġ ġabriet ta’ stejjer qosra, ktieb ta’ stejjer għat-tfal u ġabra ta’ poeżiji. L-ewwel rumanz tagħha, Catch the Rabbit, ġie ppubblikat f’Belgrad fl-2018 u f’Sarajevo fl-2019. Dan ir-rumanz ġie tradott għall-Katalan u għall-Ispanjol fl-2019. Raquel MartínezGómez (1973) twieldet f’La Mancha. Ippubblikat

erba’ rumanzi: Memory Gaps, Ashes of Ombu, Unicorn Shadows u The Colour of Lava. Għandha Dottorat fir-Relazzjonijiet Internazzjonali millUniversità Complutense ta’ Madrid u Masters filLetteratura, Kultura u Ħsieb Modern u Kontemporanju mill-Università ta’ Sussex. Recording diġitali ta’ dan l-avveniment jinsab f’din il-ħolqa: https://www.youtube.com/watch?v=GhOzMTB_iow IMUT IL-KITTIEB SPANJOL CARLOS RUIZ ZAFÓN

Nhar id-19 ta’ Ġunju 2020, miet, wara marda twila, il-kittieb Spanjol Carlos Ruiz Zafón, fil-belt ta’ Los Angeles fejn kien ilu jgħix sa mis-snin ’90 tas-seklu lieħor. Huwa kellu 55 sena. Twieled f’Barċellona fil25 ta’ Settembru 1964. L-ewwel rumanz tiegħu kien The Prince of Mist li ħareġ fl-1993 bl-Ispanjol u fl2010 bl-Ingliż, imma kiteb tliet rumanzi oħra talġeneru “young adult” bl-isem ta’ The Midnight Palace (1994; 2011), The Watcher in the Shadows (1995; 2013) u Marina (1999; 2013). Is-sena 2010 rat il-pubblikazzjoni tal-ewwel rumanz tiegħu għalladulti, The Shadow of the Wind, xogħol li biegħ miljuni fid-dinja kollha. Rumanzi oħra tiegħu huma Tha Angel’s Game (2008), prequel ta’ The Shadow of the Wind. Ktieb ieħor marbut ma’ din is-serje - li jisimha Cemetry of Forgotten Books - hu The Prisoner of Heaven li ħareġ fl-2011. L-aħħar rumanz marbut mas-serje kien The Labyrinth of Spirits (2016). Ixxogħliiet ta’ Zafón dehru f’45 pajjiż u huma maqlubin għal 40 ilsien differenti, u għalhekk hu l-iktar kittieb

3


Spanjol li l-kotba huma mxerrdin barra minn pajjiżu. Warajh jiġu Javier Serra u Juan Gómez-Jurado.

IL-BŻONN DEJJEM JIKBER TA’ GRADWATI FILQASAM TAL-ARTI

NOAM CHOMSKY JIKKRITIKA BLA EBDA BIŻA’ LIL TRUMP

Fid-dawl ta’ numru ta’ tibdiliet li l-Ministeru għallEdukazzjoni Ingliż se jintroduċi fis-sistema taledukazzjoni li twassal għad-dħul fil-livell universitarju, numru ta’ qarrejja tal-ġurnal Ingliż “The Guardian” urew it-tħassib tagħhom dwar ilpossibiltà li l-gvern Ingliż jiffavorixxi s-suġġetti STEM (ix-Xjenzi, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika) filwaqt li jagħti inqas importanza lis-suġġetti SHAPE (ix-Xjenzi Soċjali, l-Istudji Umanistiċi u l-Arti). Bosta jemmnu li huwa ċar li waqt li nirriflettu dwar ilġlieda tagħna bħala bnedmin kontra l-Covid-19, linugwaljanza, il-qirda ambjentali u l-populiżmu antidemokratiku, hemm il-bżonn ta’ sens mgħarraf talimgħoddi, ta’ intelliġenza emozzjonali li tgħinna nifhmu lil dawk li huma differenti minna, u ta’ artisti li jagħtu leħen lill-valuri li għandna bżonnhom issa u dejjem. Għalhekk li tnaqqas il-ħin għall-Istudji Umanistiċi ifisser li tnixxef il-funtana li tagħti l-ħajja lill-ħajja nnifisha. U dan iwassal biss għal xagħra niexfa u dinja li filwaqt li ma jkun jonqosha xejn materjalment, ma tkunx taf eżattament għaliex qed tgħix. L-Istudji Umanistiċi u l-Arti huma importanti għax jagħtu forma lill-ħajja nnifisha.

Fl-edizzjoni ta’ Ġunju tar-rivista xellugija “Jacobin” ilġurnalista Michael Brooks intervista lil Noam Chomsky, 91 sena, leħen intellettwali ta’ influwenza kbira fuq livell dinji, lingwist, analist politiku, attivist u awtur ta’ bosta kotba. Chomsky ikkritika bl-aħrax lil Donald Trump: huwa sejjaħlu “the ganster in the White House” għal raġunijiet diversi. Skont Chomsky qatt ma kien hemm figura politika oħra fl-istorja politika li ddedikat ruħha għall-qirda ta’ proġetti favur il-ħajja tal-bniedem fuq id-dinja. Trump qered eluf ta’ Amerikani f’rabta mal-Covid-19, u qed jagħmel minn kollox biex ikompli jsaħħaħ il-proċess ta’ tisħin globali. Huwa kap ta’ leġiżlazzjoni li qed tkompli ssaħħaħ lil min hu diġà sinjurun, li qatgħet kull għajnuna finanzjarja liċ-Ċentri ta’ Kontroll u Prevenzjoni kontra l-Mard (CDC); skont Chomsky Trump qered id-djar tat-terza età anki billi qatel eluf ta’ anzjani. L-għajta ta’ Chomsky hi li l-poplu għandu jerġa’ jieħu l-kontroll fuq ħajtu u mhux iħalliha f’idejn l-awtoritajiet li ddikkjaraw ruħhom kapijiet tiegħu. Chomsky hu eżempju ċar ta’ dak lintellettwali impenjat li ma jibżax iberraħ leħnu kontra dak li mhux sew: jemmen li l-għarfien talIstorja huwa importanti, fil-libertà tal-espressjoni u li d-dmir tal-kittieb impenjat hu li jikxef dak li hu għaddej minn taħt u jużah bħala opportunità edukattiva. Jemmen ukoll li għandu jkun hemm pressjoni u attiviżmu kostanti kontra dak li hu ħażin fis-soċjetà u fit-tmexxija tal-pajjiż.

JINTREBAĦ IL-PREMIO RAGAZZI 2020

STREGA

RAGAZZE

E

Nhar it-2 ta’ Lulju 2020, fil-Mużew Nazzjonali ta’ Villa Giulia, f’Ruma, saret l-aħħar votazzjoni li pproklamat lil Sandro Veronesi, bir-rumanz tiegħu Il Colibri (Pubblikazzjoni ta’ La nave di Teseo), rebbieħ talLXXIV edizzjoni tal-Premju Strega. Minħabba ssitwazzjoni ta’ emerġenza li ġab miegħu l-Covid-19, il-lejla finali ma setgħetx issir bħas-soltu, bilpreżenza fiżika tal-pubbliku magħmul mill-ġurija wiesgħa tal-premju u maħbuba tal-letteratura. Minkejja dan, is-serata ġiet trasmessa fuq Rai Tre, immexxija minn Giorgio Zanchini u b’Corrado Augias bħala mistieden speċjali. Wieħed seta’ jsegwi lkonteġġ tal-voti fil-gallarija tan-Ninfeo, bħalma jsir kull sena sa mis-sena 1953, meta l-Premju Strega beda jingħata fl-isfond tal-Mużew Etrusku. Fit-tieni post ġie Gianrico Carofiglio, bir-rumanz La misura del tempo (Einaudi); fit-tielet, Valeria Parrella, b’Almarina (Einaudi); fir-raba’ post, Gian Arturo Ferrari, b’Ragazzo italiano (Feltrinelli); fil-ħames post, Daniele Mencarelli, b’Tutto chiede salvezza (Mondadori); u fis-sitt post, Jonathan Bazzi, b’Febbre (Fandango Libri). B’kollox jivvutaw mas-660 persuna

4


bir-reqqa t-termini u l-kundizzjonijiet qabel ma japplika. Filwaqt li t-tħejjijiet għall-Festival Nazzjonali talKtieb 2020 issa qabdu r-ritmu sew, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb konxju li jista’ jkun hemm xi bidliet fil-pjanijiet jekk l-awtoritajiet jagħtu struzzjonijiet biex jiġu evitati folol pubbliċi. Għandhom jiġu segwiti s-sit tal-Kunsill Nazzjonali talKtieb u l-paġna tal-Facebook sabiex min hu interessat ikun aġġornat dwar xi jkun se jiġri. Gianrico Carofiglio

għal dan il-Premju, fosthom 400 Amici della domenica, 200 votant magħżulin minn 20 Istituto italiano di cultura barra l-Italja, 40 qarrej magħżulin minn 20 librerija indipendenti, u 20 vot kollettiv ta’ biblijoteki, universitajiet u għaqdiet tal-qari. SKEMA ĠDIDA GĦALL-EŻIBITURI KOLLHA FILFESTIVAL NAZZJONALI TAL-KTIEB 2020 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħabbar skema ġdida ta’ promozzjoni lill-eżebituri potenzjali kollha talFestival Nazzjonali tal-Ktieb 2020. L-applikanti kollha tal-edizzjoni ta’ dis-sena se jkollhom iċ-ċans li japplikaw għal sussidju sħiħ tal-ispejjeż tal-istand tagħhom jekk jippreżentaw irċevuti li juru li jkunu investew fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom waqt il-Festival fil-mezzi tal-midja lokali. Issussidju jingħata biss jekk l-ammont minfuq fuq promozzjoni jkun daqs jew aktar mill-ispejjeż involuti fl-istand. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jsir bħassoltu f’Dar il-Mediterran, dis-sena bejn l-Erbgħa 11 u l-Ħadd 15 ta’ Novembru. L-applikazzjoni hija miftuħa għall-pubblikaturi, distributuri tal-kotba, ħwienet tal-kotba u aġenziji tal-kotba. Għaqdiet mhux governattivi (NGOs) u entitajiet pubbliċi li l-kamp talattività tagħhom jinvolvi l-pubblikazzjoni ta’ materjal letterarju jew il-promozzjoni tal-letteratura huma wkoll eliġibbli biex japplikaw. Dawk kollha interessati jieħdu sehem huma mħeġġa biex japplikaw kmieni u jippreżentaw, flimkien mal-applikazzjoni tagħhom, lista dettaljata ta’ attivitajiet li jixtiequ jinkludu filprogramm kulturali tal-Festival. Dawk lapplikazzjonijiet li jiddaħħlu kmieni jistgħu jingħataw preferenza fil-programm tal-attivitajiet. Il-Formola tal-Applikazzjoni bir-regolamenti aġġornati għallesebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 tista’ titniżżel minn ktieb.org.mt. Wieħed għandu jaqra

Min għandu xi mistoqsijiet dwar eliġibilità għallparteċipazzjoni mitlub li jikteb lil Matthew Borg (matthew.borg@ktieb.org.mt) jew lil Andrew Ricca (andrew.ricca@ktieb.org.mt). L-applikazzjonijiet għandhom jimtlew sew u jinthemżu f’email lil Michael Mercieca (michael.mercieca@gov.mt) jew jintbagħtu bil-posta fl-indirizz MALTA BOOK FESTIVAL 2020, National Book Council Central Public Library, Prof. J. Mangion Street Floriana, FRN 1800, MALTA, sa mhux aktar tard millĠimgħa 14 ta’ Awwissu 2020 f’nofsinhar (12pm). KWARTA KTIEB - PODCAST ĠDID MILL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippreżenta “Kwarta Ktieb”, podcast letterarju ġdid b’qari minn uħud mill-aktar kotba maħbubin f’Malta. Dawk interessati jistgħu jisimgħu qari ta’ 15-il minuta ta’ siltiet minn rumanzi, novelli u poeżiji ppubblikati lokalment, moqrija minn firxa ta’ awturi u personalitajiet attivi fis-settur tal-arti. Dan billi tiġi segwita l-paġna tal-FB tal-KNK kull nhar ta' Ġimgħa f'nofsinhar meta se tkun qed tittella’ podcast ġdida. F’din l-ewwel serje tħejjiet antoloġija ta’ qari minn xogħlijiet letterarji varji li jkopru kważi seklu ta’ letteratura Maltija, fosthom kitbiet klassiċi bħassatira soċjopolitika Ulied in-Nanna Venut flAmerka ta’ Juann Mamo, poeżiji ta’ Doreen Micallef, u kotba li kisru r-rekords tal-bejgħ f’dawn l-aħħar għaxar snin. Kull episodju huwa maħsub biex jipprovdi lis-semmiegħa bi skoperti ġodda jew li jittrasporta lill-qarrejja lura lejn id-dinjiet favoriti tagħhom permezz tal-ilħna tal-qarrejja mistiedna fosthom dawk ta’ Antonella Axisa, Loranne Vella, Kenneth Scicluna u Mikhail Basmadjian. L-episodji kollha jinsabu fuq is-sit ta’ “MaltaToday” u lpjattaforma Anchor. Dawn il-podcasts qed jittellgħu b’kollaborazzjoni ma’ “MaltaToday.”

5


JIFTAĦ IL-KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA DOREEN MICALLEF 2020

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jistieden lil poeti stabbiliti u oħrajn ġodda biex jipparteċipaw fit-tieni edizzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef. Il-konkors kien tnieda l-ewwel darba s-sena l-oħra bil-għan li jissaħħaħ il-livell tal-kitba poetika f’Malta u biex jiċċelebra l-poeżija miktuba bil-Malti. Il-konkors ikun aġġudikat minn grupp ġdid ta’ aġġudikanti li jinħatar kull sena mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-ġurija tevalwa kull poeżija, b’mod anonimu, skont damma ta’ kriterji li jħarsu lejn l-awtentiċità, l-immaġinazzjoni, id-distintività filvuċi, u l-użu oriġinali tar-ritmu u l-figuri tat-taħdit. Se jiġu ppremjati l-ewwel tliet postijiet; il-poeżija rebbieħa hemm allokat għaliha s-somma ta’ € 1,000, u għaż-żewġ poeżiji ta’ warajha hemm allokat vawċer f’xiri ta’ kotba li jista’ jissarraf minn ħwienet tal-kotba lokali. Ir-rebbieħa tal-konkors jitħabbru f’ċerimonja apposta li tiġi ċċelebrata waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 li se jsir bejn il-11 u l-15 ta’ Novembru, u li tkun parti mill-programm kulturali tiegħu. Kull parteċipant ma jistax jissottometti aktar minn poeżija waħda u oriġinali, u din ma tridx tkun ippubblikata qabel xi mkien ieħor. Ix-xogħol irid ikun bil-Malti u ma jaqbiżx is-36 vers. Kull applikant mitlub jaqra bir-reqqa r-regolamenti tal-Konkors, li jinsabu fuq is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Lapplikazzjoni mimlija b’mod sħiħ trid tinbagħat bilposta flimkien ma’ erba’ kopji tal-poeżija sottomessa, li trid tkun iffirmata bi psewdonimu. Lapplikazzjoni u l-poeżija jridu jintbagħtu bil-posta flindirizz: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Ċentrali Pubblika, Triq Prof. Joseph J. Mangion, ilFurjana, FRN1800, sa mhux aktar tard mit-Tnejn 24 t’Awwissu 2020 f’nofsinhar. Biex jiġu evitati intoppi li jistgħu jinqalgħu minħabba s-sitwazzjoni tal-imxija COVID-19, il-parteċipanti qed jintalbu jibagħtu kopja waħda ffirmata u skenjata b’imejl.

LAQGĦA INTERNAZZONALI ONLINE F’RABTA MAL-AĦĦAR RUMANZ TA’ ELENA FERRANTE

Nhar id-19 ta’ Ġunju 2020 il-London Review Bookshop flimkien mal-Europa Editions UK organizzaw lejla virtwali bl-isem ta’ “Elena Ferrante book club and watch party.” Matul dan l-avveniment kellhom sehem ewlieni it-traduttriċi ta’ Ferrante, Ann Goldstein, il-ġurnalista tal-“Guardian”, Laura Snapes, ir-rappreżentanta tad-dar ta’ publikazzjoni Europa, Daniela Petracco, u Gayle Lazda, tal-London Review Bookshop. Dawn kollha ddiskutew irrumanzi ta’ Elena Ferrante u l-verżjoni HBO talewwel volum tat-tetraloġija L’amica geniale. Ann Goldstein qrat parti mir-rumanz ġdid ta’ Ferrante, La vita bugiarda degli adulti, tradott għall-Ingliż, The Lying Life of Adults. Għal din il-laqgħa virtwali attendew iktar minn 300 persuna mid-dinja kollha. TMIEM ALTERNATTIV GĦAL RUMANZ TA’ DINO BUZZATI Ir-rumanz Il deserto dei Tartari tal-kittieb minn Belluno, Dino Buzzati (1906-1972), ġie ppubblikat fid-9 ta’ Ġunju 1940, jum qabel Mussolini pproklama dħul l-Italja fil-gwerra. Tmenin sena wara, ġew skoperti żewġ paġni mikulin miż-żmien li wisq probabbli nkitbu f’nofs is-snin ’30 tas-seklu 20 u li joffru tmiem alternattiv għal dar-rumanz li matulu jaħkmu sens qawwi ta’ stennija u mewt. Ilprotagonist, l-uffiċjal tal-armata Giovanni Drogo, din id-darba, anki jekk ma kellux l-opportunità li jaffronta t-Tartari li għamel snin twal jistenniehom fis-solitudni, issa jaf li l-mewt għandu jaffaċċjaha bi tbissima. L-atmosfera li taħkem f’dan ir-rumanz tixbah lil dik ta’ żmien il-lockdown marbut malCovid-19: id-dar bħala fortizza, l-istennija, l-għadu barra li kontrih trid tiddefendi ruħek, u s-sens mgħawweġ tal-ħin/żmien. Qabel dan ir-rumanz, Buzzati kien diġà ppubblika Bàrnabo delle montagne u Il segreto del Bosco Vecchio .

6


ktieb fuq Il-Lunzjata ta' Għawdex ta' Karm Borg. Prosit u grazzi, bħal dejjem qed tagħmel ħidma mitqilha deheb. Idea tajba ħafna li inkludejt taqsima dwar l-effett talCovid-19 fuq l-awturi, anke bħala parti mill-istorja tagħna. Se ngħaddih lill-membri kollha talAkkademja u lill-kuntatti l-oħra tiegħi. Tislijiet u saħħiet, Joe

Email mingħand Joe M. Attard, il-31 ta’ Mejju 2020 Prosit bħas-soltu u grazzi mill-qalb; okkażjoni tajba meta bħalissa qed ngħaddu (kontra qalbna!) ħafna ħin id-dar minħabba dan l-imbierek virus li ġabna għarkupptejna!

Email mingħand Mario Griscti, il-31 ta’ Mejju 2020

Tislijiet... u ħu ħsieb!

Għaziz Patrick,

Email mingħand Rita Saliba, il-31 ta’ Mejju 2020

Wasal Ġunju u miegħu waslet ħarġa oħra ta' ILPONT, in-nifs ġdid minn pulmun b'saħħtu, li jwassal letteratura gwappa, studji, analizi, aħbarijiet, ittri u tagħrifiet. L-Editorjal qawwi u attwali. Fehmiet varji li anki jekk kuntrastanti, mhumiex ghedewwa. Fih dak kollu li jista' jissejjaħ kontenut serju. IL-PONT hu magazine ta' qari mill-aqwa. Grazzi Patrick.

jma

Għażiż Patrick, Nittama li tinsab tajjeb. Grazzi li għaddejtli l-ħarġa ta’ IL-PONT. Nieħu gost meta tasalli, għax hija varjata b'artikli u noti li mhumiex twal iżżejjed u dik in-nibxa ta' poeżija li tidher qalb il-paġni. Qrajt b'interess x'kellhom xi jgħidu awturi oħra f'dan iżżmien tal-Pandemija.

B'Imħabba, Mario

Email mingħand Joe Borg, il-31 ta’ Mejju 2020

Nawguralek mill-qalb li tibqa' xxerred l-imħabba għall-kelma miktuba. Saħħiet, Rita

Għażiż Patrick, Nikkonferma li waslitli l-edizzjoni ta' IL-PONT nru 56, mimlija daqs bajda bl-aħħar aħbarijiet, riċensjonijiet, poeżiji u intervisti. Ikun hemm kotba li ma nkunx naf bihom (u jinteressawni) bħal ngħidu aħna dak il-

7


f’areas bħall-Ekonomija, Studji Bankarji, u oħrajn bħal dawn. Fl-10 ta’ Gunju ta’ dis-sena il-pubblikaturi Ingliżi Emerald Publishing ippublikaw fir-Renju Unit il-ktieb tiegħi Insights on Financial Services Regulation, u lisem jgħid kollox dwar x’inhu l-ktieb. Fi stadju suppost avvanzat hija l-pubblikazzjoni millpubblikaturi lokali Faraxa Pubishers ta’ ktieb ieħor li jismu L-Ekonomija f’Ilsien ix-Xjenza u l-Filosofija. Faraxa ilhom ħafna jaħdmu fuq din il-pubblikazzjoni li hija kemxejn diffiċli għax tabbina tliet dixxiplini; blEkonomija bħala t-tema ewlenija tal-ktieb, iżda b’ħafna mill-ideat fil-ktieb imwassla b’argumenti meħuda mill-Filosofija u l-Inġinerija jew ix-Xjenza.

Email mingħand Alfred Palma, il-31 ta’ Mejju 2020

Lestejt ukoll ktieb li jismu Lessons for Life. Dan huwa ġabra ta’ aforiżmi (madwar 1000 minnhom) maħsub bħala biċċa għodda utili ħafna għall-għalliema talPCESD fl-iskejjel. Dan hu xogħol għal qalbi ħafna. U, fl-aħħarnett, ninsab fi stadju avvanzat bi ktieb ieħor bl-isem ta’ Unemployment and the Third Capitalism.

Tislijiet u stay safe.

Dnub, kif jidhirli li għedtlek diversi drabi, li ħidmiet bhal dawn ma tantx jiġbdu l-attenzjoni talpubblikaturi Maltin, u moħħna biss fil-poeżija, rumanzi, u areas simili. Mhux għax mhumiex sbieħ, iżda għaliex, jekk tinżamm din l-inklinazzjoni, ser ikollna biss industrija tal-publikazzjoni tal-fantasija u qatt ta’ suġġetti aktar “imlaħħma”!

Alfred

Grazzi u tislijiet mill-qalb.

Email mingħand Dr. John A. Consiglio, il-31 ta’ Mejju 2020

John

Grazzi mill-qalb, carissimo amico. U PROSIT tassew għal dawn il-ħarġiet hekk sbieħ, interessanti u ta’ fejda għal-Letteratura tagħna.

Prosit Patrick ta’ ħarġa oħra mimlija b’hena, ħsieb, u ħidma għaqlija. Xtaqt, sempliċiment sabiex inżommok infurmat, nagħtik ftit ħjiel dwar dak li bħalissa ninsab mehdi ħafna fih. Kif taf inti jiena ma tantx niddedika ħin għal kitbiet ta’ poeżiji, rumanzi, novelli, u kitba ohra f’dawk loqsma. Il-ħin u l-kitba tieghi huma pjuttost iddedikati għall-oqsma li huma relatati malprofessjoni u l-ħidma akkademika tiegħi, u cioè

Email mingħand Charles Bezzina (Għawdex), il-31 ta’ Mejju 2020 Għażiż Patrick Grazzi talli bgħattli bl-emajl ir-rivista online IL-PONT. Għal darba oħra kien ta' interess naqraha malli rċevejtha. Nifhem li din teħodlok ħafna xogħol, iżda nemmen li l-imħabba li int għandek għal-letteratura m'għandhiex limiti. Ħadt pjaċir naqra x'qiegħed jiġri madwarna f'dik li hija letteratura ... u kif jaħsbuha lawturi Maltin f'din il-pandemija. Il-materjal li ILPONT fih huwa ta' livell ... u jixraq li jibqa' ta' livell. Nieħu pjaċir inkun naf ukoll x'kotba letterarji jew ta'

8


Email mingħand Lina Brockdorff, l-1 ta’ Ġunju 2020 Għaziz Patrick, Bonġu! Sirtilna tassew perit gwapp għax IL-PONT qed jitwal ġmielu. Prosit u ħajr talli ġibt il-qoxra tal-ktieb tieghi Qabel Tbaxxi d-Dawl f'paġna 14. Kun imbierek int u l-familja kollha! Lina

Email mingħand Carmel G. Cauchi, l-1 ta’ Ġunju 2020 Għażiż Patrick, Nittama li tinsab tajjeb.

ġeneri oħra qegħdin joħorġu. Sfortunatament, hawn f’Għawdex il-kotba huma limitati u mhux kull ktieb tal-letteratura jasal Għawdex. Sal-lum għadni ma nafx għax jiġri dan. Fil-fatt mhux darba li ġieli ordnajt minn Malta kotba letterarji jew ta' storja li qatt ma waslu Għawdex.

Grazzi tar-rivista virtwali IL-PONT, ħarġa ta' Ġunju. Ġa qrajt ħafna minnha u sibtha, bħas-soltu, imballata b'kitba letterarja, intervisti, u tagħrif letterarju ieħor. Kollox interessanti ħafna. Prosit lilek għall-ħeġġa li għandek favur il-letteratura Maltija. Għoġbitni l-idea tat-tliet mistoqsijiet li għamilt lil diversi kittieba u ħadt gost inqabbel it-tweġibiet tagħhom.

Nifraħlek mill-ġdid għal din l-inizjattiva li b'mod jew ieħor qiegħda tħalli l-frott tagħha fil-għalqa letterarja Maltija.

Grazzi u tislijiet.

Charles Bezzina

Email mingħand Fr. Paul Attard, l-1 ta’ Ġunju 2020

Email mingħand Prof. Oliver Friggieri, l1 ta’ Ġunju 2020

Carmel.

Hello Patrick,

Għażiż Patrick,

Prosit bħal dejjem ta’ dan il-librett IL-PONT.

Prosit tassew, u grazzi, forsi saħansitra anki aktar mis-soltu għal ħarġa tabilħaqq impressjonanti f'kull aspett tagħha. Servizz mll-aqwa lil-letteratura Maltija.

Ħadt gost naqra l-partijiet ta' Għawdex. Interessatni Għawdex fil-Gwerra għax naħseb qatt ma qrajt xejn qabel dwar Għawdex. U tal-Lunzjata għax huwa wieħed mill-irkejjen ta' Għawdex li jispirani. Dejjem noħlom li hemm tajjeb għall-Irtiri fis-silenzju!

Oliver Sellili għall-familja u barkiet Fr Paul

9


letterarja, tal-kitba u tal-kittieba tal-Malti llum, b'żieda ta' għarfien ta' kittieba barranin. Biex ma noqgħodx ngħidlek min jien, qed nibgħatlek l-awtobjografija li kont ktibt fuq stedina ta' ħabibi Oliver Friggieri li minn kitbietu qlibt għall-Franċiż Stejjer għal qabel jidlam, Ġiżimin li qatt ma jiftaħ, u dan l-aħħar, Fil-Parlament, ma jikbrux fjuri. Hu għażiż għalija l-Ilsien Malti; dejjem fittixt inwassal madwari s-sbuħija u l-qawwa tal-Malti daqskemm ħassejtu t-tmaqdir dwar Ilsienna meta kont ninsab Malta: ħaġa li qatt ma stajt nifhimha għala dan innuqqas ta' mhabba u ta' interess l-aktar meta kont nara tfal imċaħħda mill-kelma Maltija fi ċkunithom. "Toqtlux il-Kelma Maltija f'fomm it-tfal..." kienet lgħajta tiegħi!

Email mingħand Frank Zammit (LAwstralja) , it-3 ta’ Ġunju 2020

Mela ħajr għax bir-rivista elettronika IL-PONT qiegħed toħloq ħolqa bejn il-Maltin ta' Ġewwa ma' dawk ta' Barra, qiegħed tfassal u twassal l-għarfien tal-ħajja letterarja, l-għajnuna biex tkun tista’ ssib tagħrif fuq nies u ħruġ ta' kotba... Insellimlek u nixtieqlek: Saħħa.

Għażiż Patrick, Ġużè Cutayar (Cutajar), Franza Naf żgur li m'intix tistenna l-prosit tieghi! Iżda ma nistax nibqa' lura milli nesprimi l-apprezzament kbir tieghħ, mhux biss għall-ħila tiegħek li biha qed tgħaqqad daqs dawk imħuħ u ilhna donnu f'għanja sħiħa minn fratellanza ta' wlied minn Omm waħda, iżda wkoll b'ħajr ġenwin għas-sagrifiċċju li qiegħed tagħmel li bħala missier ta' familja żagħżugħa għalik dan jimmultiplika għal bosta drabi! Kompli fl-istess triq, u meta ssib ruħek f'waqtiet diffiċli, ikkonsla bil-ħsieb li sħabna kollha jaħsbuha bħali u jkunu jiżżuk ħajr miegħi minn qiegħ qalbhom. Frank

Email mingħand Ġużè Cutayar, id-9 ta’ Ġunju 2020

KIEN MIKTUB Hekk kien. Hekk hu. Hekk kellu jkun. Li jien u int nitfarrku f’baħar kalm tal-Mediterran. Il-qamħ mutu mirfus waqt id-dris jidwi iktar mill-għajta tal-għarqa tagħna. Id-dijanjosi li ħallejna fil-fliegu ddub bħas-silġ skopert taħt xemx tirranka. U jifdal... jibqa’ biss, għall-klieb il-baħar, għadam l-ebusija ta’ qlubna fatat. JONATHAN BALZAN (minn Irdieden, 2013)

Għażiż Patrick, Ilni bosta snin naqra u nixtarr IL-PONT u xtaqt niżżik ħajr għas-sehem li qiegħed tagħti fil-qasam talletteratura Maltija; il-kitba tiegħek hi mera tal-ħajja

10


proċess madankollu daħal l-‘istudjuż’ – l-għarrief, li kif taf daqsi huwa dik in-naħa l-oħra, li jagħmilna ‘għalliema’, u jiena matul iż-żmien u għadni sallum ngħallem il-Malti, is-Soċjoloġija, il-Psikoloġija, lIngliż, l-Għarbi, l-Oqsma tal-Għerf, il-Filosofija u lbqija – li għalija mhuma xejn ħlief varjazzjoni talistess tema. Id-‘djalett’, jew forsi aħjar s-soċjolett u lidjolett li bih ktibt ħafna mill-kitbiet ma setgħux jonqsu jekk jiena ridt li nħalli lill-ewwel snin talħabitus tiegħi jitkellmu huma.

TARĊISJU ZARB U T-TRITTIKU TA’ KOTBA DWAR IL-WIRT KULTURALI KARKARIŻ-MALTI MAĦRUĠ MILLKUNSILL LOKALI TA’ BIRKIRKARA Meta twieled proġett ambizzjuż bħal dan u kemm ħadlek snin biex temmejtu u ħa l-għamla ta’ tliet volumi li flimkien jgħoddu kważi 1,300 paġna?

Għal min ma jafx, x’inhi d-differenza bejn Birkirkara kif nafuha llum u Ħas-Sajjied? Ħas-Sajjied, huwa parti mill-qalba ta’ Birkirkara, li tiġi wara l-knisja l-kbira ta’ Birkirkara, u li fiha flimkien mas-sqaqien u t-toroq tal-madwar u tal-qrib isawru bħal ‘konurbazzjoni’ ta’ toroq li jitkellmu jgħajtu hekk kif ikunu qegħdin isawru l-etnografija jumjiena tagħhom. Huma Malta fil-minjatura. Huma l-ilsien Malti fir-realtà jumjiena tiegħu – hekk kif jinbet mittaħdit fenomenoloġiku ta’ kuljum. U l-bqija....

Fil-korsijiet li għamilt l-Università taħt l-influwenza ta’ Ġużè Cassar Pullicino bdejt ninteressa ruħi f’dak li kien jissejjaħ foklor, u aktar tard bdejt ninteressa ruħi fl-antropoloġija, taħt l-influwenza ta’ Jeremy Boissevain, u kif ukoll fil-lingwistika li kif taf int daqsi ‘tippermea’ l-oqsma kollha tal-umanitajiet. Għaldaqstant l-ewwel xogħol tiegħi kien li nagħmel l-intervisti fuq ir-Rediffusion għal programmi bħal ‘Kliem ix-Xiħ żomm fih għax xi darba tiġi fih’, ‘IrRampil’, ‘Folklor Moda Ġdida’, ‘’Il Ġewwa millKelma’, u ħafna u ħafna oħrajn. Sfortunatament, madankollu, fix-xogħol tiegħi ta’ għalliem dan it-tip ta’ tħarriġ u stħarriġ ma kienx jeżisti, kif għadu wkoll sallum. U l-istorja tkompli... Wara xogħol kbir bħal dan hemm żgur żewġ imħabbiet: dik lejn l-ilsien Malti, imma anki dik lejn il-kultura Karkariża, inkluż id-djalett tal-post. Xi tgħid dwar dan? Aktar minn kull ħaġa oħra, jiena tal-fehma li aħna m’aħniex ħlief l-ewwel ‘identifikazzjonijiet’ tagħna, u dawn jekk xejn mhumiex ħlief l-ewwel ħjilijiet fontetiċi, fonoloġiċi, morfoloġiċi u semantiċi fost oħra li mingħajr ma nkunu nafu jkunu qegħdin isawruna ‘konjittivament’ – l-ewwel skema li minnhom nibnu l-welthanschauung tagħna. U għaldaqstant, kulma kelli nagħmel hu li nħalli lmemorja tat-tul tirbaħni u nħalliha tikteb. Fil-

11


magħmul l-ilsien Malti. Fl-istess ħin inti turi wkoll li lsienna mhux gżira għalih imma jintrabat ma’ dak kollu li hemm madwaru, storikament, ġeografikament, kulturalment. Xi tgħid dwar dan? L-idjomatiċità u l-proverbjalità tal-ħajja ta’ kuljum mhumiex ħlief il-konverżazzjonijiet jgħajtu tal-jum wara jum, li fih in-nies, b’mod speċjali n-nisa jitkellmu jgħajtu dwar dawk il-preokkupazzjonijiet, lideat, il-ħsus, is-sensazzjonijiet u l-emozzjonijiet li jsawruhom sa qiegħ mudullunhom. Hawnhekk innies/in-nisa jinsabu jgħixu r-realtà ta’ kuljum, irrealtà moralistika permezz tat-tqassis, il-binja tal‘jien’ permezz tal-‘ieħor’, il-fasla tal-ambizzjonijiet permezz ta’ mudelli miksuba minn għajxien kontinwu fi fluss li ma jispiċċa qatt ta’ taħdit, thewdin u aspettazzjonijiet, li huma lfenomenoloġija tal-istess ħin. Hawnhekk, jiena ndħalt fiż-żigużajg tal-ktieb bħala l-‘għaref’ li kiseb tagħrif minn sorsi oħra fosthom dawk tal-lingwistika, is-soċjoloġija, il-psikoloġija u l-bqija biex b’hekk nagħmel dak li l-‘akkademiċi’ jgħidulu ‘studju’. Madankollu, minflok strutturajtu ħallejtu fframmentat, għax tistagħġeb x’hemm moħbi ‘ġo farka ramel.’ Personalment inħoss li nuqqas ta’ dan il-ktieb hu Werrej jew Indiċi tajbin. Xi tgħid dwar dan? F’IN-NISA NARRATTIVI – IR-RAĦAL TAL-BERAĦ MINN FOMM IN-NISA inti tagħti l-kelma lill-mara. Għaliex dan? Din hija parti minn reazzjoni għall-Istorja li mdorrijin naqraw fil-kotba, dik maħkuma middinja maskili u patrijarkali? X’kien ir-rwol ta’ Grace Zarb u Stephanie Spiteri Zarb fi proġett bħal dan? Grace u Stephanie, marti u binti rispettivament għamlu l-intervisti, kif jixraq fl-istudji li jitkellmu minn u man-nisa. B’dan il-mod id-diskussjoni li toħroġ mill-interazzjoni tkun waħda aktar valida u fenomenoloġika, milli waħda mmexxija mill-vuċi ‘maskili’, kostrutt ta’ min jaħseb li jista’ jidderieġi hu l-orkestrazzjoni u t-tiħsib tal-mara hekk kif tgħaddi lħajja tagħha titkellem magħha nnifisha u man-nisa tal-madwar. Realtà unika, jekk mhux ukoll – fl-idea tiegħi – l-unika vera realtà tal-irħula tagħna l-Maltin, fejn it-toroq kienu jkunu ffullati bin-nisa u t-tfal, għax l-irġiel, sa qabel tard filgħaxija jkunu għadhom għax-xogħol. IL-KTIEB TAS-SOLTU – MINN ĦAS-SAJJIED BIRKIRKARA JEW KELMA ĠĠIB LIL OĦRA hu enċiklopediku f’rabta ma’ dak kollu li minnu hu

Tista’ tkun idea, għax le! Ovvjament, jekk jiġri dan wieħed ikun se jagħmel minn biċċa xogħol ‘ta’ arti moderna’, struttura rappreżentattiva, filwaqt li hi, lunika realtà tagħha hija fl-istess ‘erreneaità’ tagħha, jew insomma xi ħaġa hekk. Imma, fl-istess ħin, nasal ngħid, għax le! IL-LIRIKA TA’ BIRKIRKARA – POELINJI MINN ĦASSAJJIED U L-MADWAR hu ġabra sabiħa immens ta’ kitbiet li għandhom mill-poeżija u mill-proża, imma anki mill-ħsieb profond. Huma kollha rifless tal-għarfien tiegħek ta’ Ħas-Sajjied, il-vjaġġi notturni li inti spiss għamilt f’dan l-ispazju, u dan kollu espress bis-saħħa ta’ Malti mill-isbaħ tant li jispiċċa biex jispira saħansitra lill-qarrej biex jikteb hu stess. Kif tirreaġixxi għal dan kollu? Kif taf daqsi, il-poelineatà tagħna, hija l-istess ‘metaforizzazzjoni’ tagħna. Aħna t-tfal perenni, li nimxu bejn il-fenomenoloġija tat-toroq siekta, suwed u sielma tal-iljieli mqammra, ngħidu r-rużarju taħt qamar żlugat u niċċa mċaqqma, u fl-istess ħin aħna, dawk in-nies li nieqfu nirriflettu f’kantuniera,

12


jew ħabbata ta’ bieb... bħal qisu ninnostalġjizzjaw għal dawk id-daqqiet tas-sandli fit-triq ta’ billejl, hekk kif mill-Mużew naslu lura d-dar, naħsbu fuq ilMewt, Ġudizzju, Infern u Ġenna. U għaldaqstant, hawnhekk wieħed għandu jsib it-triq bil-lingwaġġ tagħha, u l-reliġjon nisranija, mibnija fuq Imberkin dawk li għandhom il-ferħ għall-ġustizzja għax tagħhom u ta’ min hu bħalhom hija s-saltna tassmewwiet... u hekk jibqgħu sejrin il-beatitudnijiet wis-sema pajjiżna, wil-ġenna mitlufa, u l-Iskrittura Mqaddsa u s-sentenzi Leħen il-Maħbub, Epistolari u Spiritwali. U flimkien dawn joħolqu s-sottorren ta’ moħħ u sensibiltà li tibqa’ tinġarr fil-ħajja li tintħiet jum wara jum wara jum wara jum, anke fil-ħamba li ttarrax. L-aħħar mistoqsija. Inti għalliem ta’ esperjenza kbira li għal snin twal ħdimt u għadek taħdem maż-żgħażagħ. X’inhu l-messaġġ tiegħek lillġenerazzjonijiet li telgħin? L-ewwel nies nirringrazzja ’l Alla, li jiena għalliem – tip ta’ għalliem ekklettiku – għax permezz ta’ hekk, jiena kelli u għad għandi ċ-ċans li nikteb, naqra,

niddiskuti, naħseb u nikkuntempla fuq il-fenomenuħajja. Ovvjament, għallinqas fl-idea tiegħi, din hija wisq aktar minn opportunità unika. Din hija ħajja, li tgħinna nittraxxendu... għallinqas lili, filwaqt li nibqa’ wkoll saqajja mal-art, kif ngħaddi minn suġġett plebew għal ieħor, bit-tama ta’ ispirazzjoni li sseddaq u tagħni lir-ruħ fil-mixja tagħha. Jogħġobna jew ma jogħġobniex aħna, aktar milli aħna lgħalliema/teachers, aħna t-tgħalliema/learners perenni. Ta’ dan jien grat u niżżuħajr ’l Alla, għal dejjem ta’ dejjem Ammen, ammen. Hekk ikun. (Ħajr lis-Sindku Joanne Debono Grech, u lill-Kunsill kollu ta’ Birkirkara, li għenu biex dan il-proġett isir. Dan ilkunsill huwa turija ċara ta’ kunsill li jagħraf imexxi lkultura fl-aspetti varji tagħha. Dawn il-kotba flimkien ma’ oħrajn ta’ Philip Xuereb u Prof. Charles Briffa, kif ukoll dawk ta’ Terry Muscat għal ‘Muża Karkariża’, huma turija tal-wirt intanġibbli tagħna l-Malti. Kunsilli oħra għandhom jieħdu inizjattivi simili.)

KUNTRASTI Sbieħ is-sonati, l-opri, s-sinfoniji, għanjiet li jgħaxxqu bl-isbaħ melodiji; ’mma l-isbaħ għana hu t-tħaxwix ta’ mewġa, imħeddla tbus il-blat b’xoffa ħafifa, jew it-tektik mellies tal-qtar tax-xita, fuq weraq il-ballut dħul il-ħarifa! Igħaxxqu l-fwejjaħ ta’ Chanel u l-bqija, tat-trab tal-ħwejjeġ u tal-bjankerija; ’mma l-aktar fwieħa ħelwa hi tal-warda, li toħroġ mill-petali bellusija; jew dik li toħroġ meta l-ewwel xita, wara sajf sħiħ ixxarrab il-ħamrija! Sbieħ huma l-kwadri mlewna tal-pitturi, ġo djar, mużewijiet u armaturi; ’mma l-isbaħ kwadru tpinġih int, Mulejja, xħin kull filgħodu tfeġġ ix-xemx bikrija; imbagħ’d erħilek tpinġi ieħor isbaħ, xħin terġa’ tgħib ix-xemx fi ħdan l-għaxija! ALFRED PALMA

13


The title of the first book The Arrow and the Song came to mind after reading a poem with the same title; a poem by the celebrated American poet Henry Wadsworth Longfellow. I wasn’t particularly impressed by the poem itself but the title struck me as relevant as it reminded me of the Greek God Apollo who is also God of Music and Poetry and bears a very splendid arrow and a bow, and since many of my poems in the first publication seem to orbit around the God Apollo, I thought the title would be exceedingly fitting. One can thus say that The Arrow and the Song is a homage to noble Apollo who endows our little lives with the divine delicacies of the Arts.

MELANIE CAMILLERI TITKELLEM DWAR IT-TRILOĠIJA POETIKA TAGĦHA: THE ARROW AND THE SONG, BAYADÈRE U THE ETERNAL WORLD How do these three poetry collections vary one from the other? I do not perceive any significant differences between the three books; The Arrow and the Song, Bayadère, and The Eternal World. All of them are somehow inspired by the past, whether it is fictional or real and by the timeless characters of myth and legend, and all of them present powerful archetypal images that are palpable and consistent throughout the unfolding of the poetic narrative. The Eternal World is more complete compared to its predecessors in my opinion as it has transmuted and etched into myth, characters and prototypes which are the quintessential representations portrayed in the realms of English literature and which until this day have not been considered as myth but are undoubtedly so, due to their incomparable power of influence and their strong archetypal value. Why did you choose titles like The Arrow and the Song, Bayadère, and The Eternal World?

Regarding the title Bayadère I have to acknowledge that I was unaware of such a beautiful melodious word until I came across a poem by Johann Wolfgang von Goethe (author of Faust) entitled: “The God and the Bajadere” in a collection of German poems gathered by German author Thomas Mann. “Bayadère” means Hindu dancer and since the book Bayadère has an extremely exotic feel to it, I was convinced that Bayadère was the perfect title for such an unusual collection of verse that sang endlessly of the mysterious and the remote. The title The Eternal World came up after wittingly scribbling a few rhymes which I later decided to use for the back cover of the book. Originally though, the title was Behold the Eternal World which I found very alluring as I had somehow always pictured myself being able to behold with my mind’s eye, a world which was both eternal and idyllic. Through the inestimable powers of my imagination I had thought that possible, and when the characters of the stories started unfurling and their unique peculiarities where being shaped and summoned as if by magic, I saw the quality of being eternal as one which they all had in common. The characters of The Eternal World thus deserve to belong to such a world because despite the flow of mortal time, they never do die but instead endeavour to stay alive continually in our unrelenting fancy and in stories which poets like myself perpetually re-invent in order to keep them from perishing. Who are the Maltese and English poets that inspire you most? Why? In my younger days, I used to enjoy reading

14


1821, “Ode to a Grecian Urn” by Keats, and “The Dream” which Lord Byron wrote in 1816. The romantic poets revelled in the souls of all things: trees, nightingales, winds, oceans, seasons. The beauty of the natural world was their primary inspiration and Poetry was the realm where the Spiritual and the Material could commune, igniting soft tender pleasures that delight our senses.

IKKUNDANNAT Tħassret il-ħajja tal-bniedem mixli fil-qorti b’reat mill-poplu u l-midja spiċċa kkundannat. Għadu jistenna l-akkużi jiġu msaħħa bil-fatti. Imma qisu diġà ħati, f’gazzetti, ismu bir-ritratti. esteemed poets like Dun Karm and Rużar Briffa. My favourite literary work by Dun Karm was the touching poem “Univers Ieħor” which had left quite an indelible influence on me while I was growing up. Rużar Briffa’s “Quo Vadis?” was also very affecting particuarly because I somehow desired to seek and provide the answers to the rhetorical questions the poet asks during the unfolding of his verse. Nowadays, I appreciate a wider choice of literary accomplishments such as: the poetic works of Tarcisio Zarb, Andrew Sciberras, Imelda Serracino Inglott and Marlene Saliba, who are excellent writers in their own right. I like the way these poets convey universal truths and realities through the medium of their own writing and how these realities resonate with my own however different our method of expression may be. With respect to the English poets, the list is neverending. Percy Shelley, John Keats and Lord Byron are of course at the top of my list being the very epitome of the romantic era which they embodied so wonderfully with their unwavering love of Nature and their reverence for notions of revolution and change. The universe of the romantic poets is not bereft of Spirit, on the contrary, it is a universe imbued with the mystic, the mythic and the miraculous. Poems that come to mind are “Adonais” by Shelley which is a tribute to John Keats’ death in

Minkejja li għad ma nstabx ħati ġie mxandar mal-erbat irjieh dinjija. In-nies emmnet bħal kieku diġà fuqu nsabet il-ħtija. U ġie lliberat dan ir-raġel u ħieles ħareġ minn Kordin, biss reġa’ sab ruħu f’ħabs ieħor il-ħabs ta’ lsien il-Maltin. KEVIN TANTI

ĦAJKU Fil-festi Maltin, ċapċip, briju u tiżjin u l-knisja vojta. Fir-raxx tal-baħar tisma’ l-għanja tad-dniefel ifaħħru ’l Alla Is-solitudni tant għarrqitu lill-bniedem li vvinta l-mobile. AMANDA BUSUTTIL

15


aċċessibbli anki finanzjarjament. Kif għedt inti, missieri kien ir-ruħ tal-Merlin fejn jidħlu l-kotba u emmen li kellna nibdew nippubblikaw il-kotba Maltin. Tul is-snin, l-enfasi ċċaqilqet dejjem iżjed ’il bogħod mill-bejgħ tal-kotba barranin, sa ma fl-2011 bl-isem ta’ Merlin Publishers ħadna r-riskju li xxogħol tagħna jkun esklussivament, 100% fuq ilktieb Malti. Naf li matul l-istorja tagħha Merlin ippubblikat numru mdaqqas ta’ kotba regolarment f’rabta ma’ suġġetti differenti. Liema huma s-suġġetti li jintrabtu magħhom dawn il-pubblikazzjonijiet?

Ritratt ta’ Mark Zammit Cordina

INTERVISTA MA’ CHRIS GRUPPETTA, MERLIN PUBLISHERS X’inhi l-pożizzjoni tiegħek fi ħdan il-Merlin Publishers? Ir-rwol “formali” huwa ta’ pubblikatur u editur. Imma kif spiss jiġri f’kumpaniji ċkejknin, tispiċċa tagħmel ftit minn kollox… Qegħdin tim żgħir u kull proġett tista’ tgħid jinħoloq b’mod organiku. Minn fejn u meta twieled dan l-interess tiegħek filktieb? Illum għandi 46 sena, allura nista’ nwieġeb bla dubju: 46 sena ilu twieled l-interess tiegħi fil-ktieb. Twelidt u kbirt f’familja li kienet tgħix il-kotba 24/7, bħala passjoni u wkoll bħala professjoni. Id-dar, sa mill-ewwel memorji l’għandi, dejjem mimlija kotba. U jien sintendi dejjem naqra kulma nsib … anki kotba li ma kinux neċessarjament jgħoddu għalija dak iżżmien. Kemm ilha mwaqqfa l-Merln? X’kienu u x’inhuma l-għanijiet ewlenin tagħha? Naf li hawn kellhom rwol importanti l-ġenituri tiegħek. Xi tgħid dwar dan, u kif inbidlu jew żviluppaw l-affarijiet minn dak iż-żmien ’l hawn? Il-Merlin bħala kumpanija li tbigħ il-kotba twaqqfet fl-1964, imma l-ewwel pubblikazzjoni tagħha kienet fl-1971 bil-ktieb Fra Mudest ta’ Charles Casha. Tul issnin il-focus tal-Merlin iċċaqlaq xi ftit, diversi drabi, iżda d-direzzjoni baqgħet dejjem waħda: li tqarreb ilktieb lejn il-pubbliku, u li tagħmel dan b’mod l-iktar

Storikament isem il-Merlin marbut mal-ktieb għattfal l-ewwel u qabel kollox. Tul is-snin, dejjem fittixna suġġetti u oqsma li ma kinux daqstant trattati filletteratura Maltija għat-tfal, u ppruvajna nippubblikaw biex inċekknu l-lacunae. Minn kotba għal qarrejja li ma jħobbux jaqraw sa qarrejja bi bżonnijiet ta’ qari speċjali, minn kotba mhux fittizji sa kotba li jittrattaw anki temi delikati u forsi xi ftit taboo hawn Malta. Fl-aħħar 15-il sena, madankollu, il-Merlin fetaħ sew anki fil-ktieb għall-adulti, b’imprint iċken imma b’titli magħżula – nittamaw – b’ċerta attenzjoni. Merlin tiftaħ il-bibien għal numru ta’ kittieba ġodda jew mhux magħrufin, imma anki kittieba li lpubbliku qarrej familjari sew magħhom. Xi tgħid dwar dan? Hekk hu. Nammetti, hemm sens t’eċitament li “tiskopri” awtur ġdid, u anki li tarah jikber u l-kitba tiżviluppa. U wħud mill-ġodda ta’ snin ilu, issa jgħoddu mal-istabbiliti anki għax konna tajniehom lopportunità jesperimentaw. Min-naħa l-oħra, inkun qed nigdeb jekk ma ngħidx li l-kumpanija tibqa’ fuq saqajha finanzjarjament billi tippubblika kittieba stabbiliti u popolari. Li jiġri hu li l-bejgħ mill-kotba ta’ dawn tal-aħħar jispiċċa “jissussidja” l-esperimentar u r-riskju fuq awtur ġdid jew manuskritt xi ftit differenti. Is-suq però hu li hu, irridu nkunu onesti: u hemm limitu kemm jistgħu jiġu ppubblikati kotba f’sena allura jrid jinstab bilanċ. Naf ukoll li dar tal-pubblikazzjoni ma tiddependix biss mill-kittieba imma anki minn għadd imdaqqas ta’ persuni professjonisti u mhux oħrajn, fosthom illustraturi, qarrejja tal-provi, u oħrajn. Kemm hu veru dan?

16


Assolutament. Ir-rwol tal-pubblikatur fl-aħħar millaħħar hu proprju dak: li jgħaqqad tim tajjeb, jikkordina x-xogħol bejniethom u jtihom il-platform biex joħorġu l-kreattività tagħhom fl-aħjar mod. Hemm ukoll element ta’ team-building li hu delikat: eżempju, li tqiegħed flimkien awtur ma’ editur li jista’ jaħdem tajjeb miegħu, jew awtur ma’ illustratur li l-istil ta’ kitba tkun fil-kordi tiegħu. Qisu matchmaking letterarju, suq, jekk irridu nsejħulu hekk … Liema huma luġigħ ta’ r a s i j i e t marbutin ma’ xogħol bħal dan? L-ikbar uġigħ ta’ ras hu dak finanzjarju. Issuq tal-ktieb Malti hu wieħed ċkejken, u l-udjenza limitata. Biex toħloq ktieb professjonali filkontenut (editjar, qari tal-provi, eċċ.) kif ukoll fil-preżentazzjoni, trid tinvesti ammonti sew u l-ammonti huma kważi l-istess sija hux se tippubblika hawn Malta, jew hux se tippubblika bestseller bl-Ingliż ġewwa l-Ingilterra. Imbagħad hemm ukoll in-nuqqas ta’ rispett għallcopyright. Il-piraterija hija pjaga f’pajjiżna u għad li lliġijiet kollha hemm qegħdin, għad hawn nuqqas serju ta’ rieda – fuq skala individwali, ta’ entitajiet u anki nazzjonali – li dawn il-liġijiet jiġu infurzati. Ktieb jieħu ħafna u ħafna ħin, riżorsi, xogħol u flus biex joħroġ – il-piraterija tirriskja li ġġiegħel ktieb ma jrendix, u jitlef mhux biss il-pubblikatur imma lawtur, l-illustratur u kull min hu involut fil-ktieb. X’soddisfazzjonijiet jagħtik xogħol bħal dan? Hemm is-soddisfazzjon li ebda ġurnata mhi bħalloħra – dejjem hemm proġetti ġodda jitħejjew, kitbiet differenti, il-gost tal-iskoperta ta’ manuskritt ġdid jew portfolio ta’ illustratur jipprometti. Imma l-

ikbar sodisfazzjon, għalija, meta javviċinani xi ġenitur jgħidli li t-tifel/tifla ma jħobbux jaqraw bil-Malti imma qraw ktieb minn tagħna u għoġobhom. Merlin Publishers u l-kuntatti tagħha mal-pubbliku qarrej? X’qed tagħmel biex tqarreb iktar il-poplu Malti lejn il-qari u tħajru jaqra u jixtri iktar il-ktieb Malti? Il-qarrejja huma l-klijenti tagħna. Okkażjonijiet bħallFestival tal-Ktieb jiswew mitqlu deheb biex nagħmlu kuntatt dirett malqarrej, nitkellmu magħhom dwar x’jogħġobhom u x’ma jogħġobhomx fil-ktieb Malti, x’qed ifittxu u mhux isibu, eċċ. Għalija l-agħar ħaġa li tista’ tagħmel hi li tisforza lil xi ħadd jaqra bilMalti. It-tir tiegħi dejjem kien, u jibqa’, li neċita lillqarrej għall-ktieb Malti – kemm bilkontenut kemm bilpreżentazzjoni – u dan nipprova nagħmlu billi nżidu l-livell ta’ “polish” ta’ manuskritt mil-lat ta’ editjar, bi preżentazzjoni grafika li timxi mat-trends kontemporanji u bi promozzjoni li twassal il-messaġġ li l-ktieb Malti mmatura. X’inhi r-relazzjoni ta’ Dar tal-Pubblikazzjoni bħal Merlin Publishers u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb? Inizjattivi li qed jaħdmu u oqsma li jistgħu jitjiebu f’dan ir-rigward? Mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed naħdmu tajjeb ħafna – ikolli ngħid li sibna għajnuna kbira u konkreta mill-Kunsill waqt il-kriżi tal-COVID-19, imma anki qabel sibna sapport mingħand il-Kunsill f’affarijiet bħal-lobbying għal ħlas ta’ liċenzji għal użu ta’ materjal kopert mill-copyright, il-promozzjoni li tingħata lill-Festival tal-Ktieb u oħrajn. Il-ġlieda għarrispett tal-copyright f’pajjiżna tibqa’ waħda millakbar sfidi li aħna, u l-Kunsill, għandna quddiemna.

17


Għar tal-Enimmi – 1956 -1967; mill- ktieb L-Għar talEnimmi - 1967; mill-ktieb Mas-Sejħa tat-Tnabar 1971; mill-ktieb Il-Kantiku tad-Demm - 1980; millktieb Taqtir is-Skiet -1987; mill-ktieb Ilsna tan-Nar 1993; mill-ktieb Vetrati Milwiema - 1998; mill-ktieb Eklissi Perpetwi - 2007; u mill-ktieb The Essential Achille Mizzi - 2009 (poeżiji ta’ Achille Mizzi tradotti għall-Ingliż minn Peter Serracino Inglott); kif ukoll taqsima oħra li tinkorpora fiha xogħlijiet miżjuda. Minn kull ġabra poetika ta’ Mizzi, Sciberras silet dawk il-poeżiji li fil-fehma tiegħu deherlu li jesponu l-aktar ir-ruħ, il-ħila u l-poetiċità ta’ Mizzi.

ACHILLE MIZZI. IL-WERRIET U S-SUĊĊESSUR DEN TA’ DUN KARM ta’ Andrew Sciberras u Tarċisju Zarb Tikteb Therese Pace Għal min hu midħla tax-xena letterarja lokali, Andrew Sciberras m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni minħabba n-numru sabiħ ta’ ġabriet ta’ poeżija u numru ta’ artikli ta’ natura akkademika li ppubblika bit-tħabrik u s-sagrifiċċju personali tiegħu. Huwa poeta ewlieni fil-letteratura kontemporanja, li l-għeruq li xenxel kif ukoll lesperjenza li akkwista jpoġġuh f’qagħda li jagħraf poeżija ta’ kalibru meta jiġi wiċċ imb wiċċ magħha. Dan jixhduh in-numru ta’ artikli li nkitbu dwaru minn esponenti ewlenin tal-letteratura ta’ pajjiżna, kif ukoll minn dawn iż-żewġ kotba li għandna f’idejna, dwar żewġ poeti Maltin ta’ stoffa, Achille Mizzi u Joe. P Galea (Fra Ġoel). L-istudji ta’ Sciberras kif ukoll ta’ Tarċisju Zarb (isem ieħor li m’għandu l-ebda bżonn ta’ introduzzjoni fil-letteratura Maltija) jagħmlu ġieħ kbir lil dawn iż-żewġ poeti t’hawn fuq. Fil-ktieb Achille Mizzi, Il-Werriet u s-Suċċessur Den ta’ Dun Karm, l-awtur għoġbu li jaqsam din ilpubblikazzjoni f’għaxar taqsimiet li huma Qabel L-

Daqqa t’għajn ħafifa tagħtik indikazzjoni talkontenut. Il-ktieb għandu qoxra b’ritratt monokromatiku ta’ Mizzi, li, estetikament irendih ktieb ferm eleganti. Mill-ewwel tintebaħ li f’idejk qed taħfen xi ħaġa ta’ kalibru għoli. Xejn żejjed, xejn għammiexi biex jiġbed l-attenzjoni, imma biss ilprotagonist ewlieni, l-arkitett tal-kelma, il-ħassieb pereċċellenza, il-fittiex tat-tweġibiet kollha għallmisterji li jmissu mal-ħajja u tal-ispritu uman. Il-ktieb jibda b’nota bijografika dwar il-poeta, li tagħmel lillqarrej ftit iktar midħla tal-persona inkwistjoni, permezz ta’ dettalji dwar l-edukazzjoni li huwa rċieva kif ukoll telenka l-pubblikazzjonijiet tiegħu u/jew dwaru biex taġġorna lill-istess qarrej dwar il-karriera mlewna u l-mixja poetika ta’ Mizzi matul is-snin. Dritt wara, biex bħal donnu jservi ta’ ħolqa bejn ilpoeta u l-qarrej, Sciberras idaħħalna f’kollokju indirett ma’ Mizzi permezz ta’ intervista intensa li tikkonsisti f’mistoqsijiet tipiċi li poeta jagħmel lil kollega tiegħu f’diskursati intimi ta’ din ix-xorta dwar suġġett li hu komuni għat-tnejn, issa dwar ilpersonalità wara l-persona, li ntgħaġnet u ssawret matul il-karriera letterarja tiegħu ta’ ʼl fuq minn ħamsin sena. Sciberras jinseġ il-mistoqsijiet tiegħu b’reqqa kbira biex iseħħlu joftoq il-miżwet ta’ ruħ ilpoeta u joħroġ fil-beraħ għall-benefiċċju tal-qarrej ilqofol ta’ Mizzi, bħallikieku jberrħu fi twejqa mnejn wieħed jista’ jittawwal biex jispjuna fuq l-ispirtu magħġun u moħmi bi mħabba għall-kelma safja Maltija kif semagħha fi ċkunitu u li kiber u sar raġel jipprattikaha u jgħożżha. Permezz ta’ dan il-ktieb, Sciberras ipoġġielna taħt illenti tal-iskrutinju tagħna lil Mizzi, poeta magħmul, mhux tant biex ngħarbluh daqs kemm biex nitgħaxxqu bil-versi ta’ għannej li matul l-aħħar nofs tas-seklu għoxrin u l-bidu ta’ dak preżenti, tħarreġ u tkisser kemm felaħ fil-ħakma tal-lingwa u l-poetika

18


biex tana kotba li llum jagħmlu ġieħ kbir lilletteratura ta’ pajjiżna u saħansitra jservu ta’ testi għall-istudenti li jagħżlu li jistudjaw il-Malti fil-livell avvanzat jew intermedju. Għax bħal dawn l-istess studenti li jkunu għaddejjin fil-vjaġġ edukattiv tagħhom, Achille Mizzi huwa fih innifsu vjaġġ, vjaġġ ta’ bniedem kurjuż, skavatur li bħal ġeologu medhi jistudja l-livelli tal-ġebla li ssawwar il-qalba dinjija, ma jiqafx jgħawwar, jigref u jfannad fis-saffi moħbija tal-misterji tal-ħajja biċ-ċikli u l-filosofija tagħha, talkożmos, tal-mitoloġija, tal-ispiritwalità u/jew innuqqas tagħha, tal-bniedem u r-relazzjoni tiegħu mal-oħrajn biex forsi jikseb it-tweġibiet li lintelliġenza kurjuża tiegħu tistaqsi lin-natura ta’ madwaru u saħansitra lill-istess eżistenza. Int u għaddej taqra, tintebaħ li Mizzi huwa bniedem li immatura bikri, forsi għax, kif jistqarr huwa stess ħareġ minn għeruq rurali ta’ ftit fsied u kiber flgħaġna tat-twemmin fejn il-bniedem kellu kuxjenza attiva ħafna għax il-kuxjenza tgħallmek taħseb u tixtarr, toqgħod pass lura u tgħix il-valuri li jagħmluk bniedem den ta’ dan l-isem, kolt u sensittiv. Tintebaħ kif esplojtja massimament id-diversi sitwazzjonijiet li sab ruħu fihom biex minnhom jislet is-sugu li jsostnih fil-bżonn innat fih li jesprimi ruħu b’mod ikkalkulat, elevat u effettiv. Hekk kif listrinġitur jagħsar il-meraq mill-għeneb, Mizzi jiddixxerni, isaffi u jiffermenta ħsibijietu sa ma jirriduċihom f’kompendju ta’ kliem li minn kull sekwenza tiegħu tqattar il-psikoloġija intima ta’ ruħu. Żewġ eżempji ta’ dan huma l-poeżiji ‘Ajkla’ mit-taqsima tal-ktieb Taqtir is-Skiet: ...Bħal saċerdot l-iġbla nitla’ (...) u msarni midinba nagħlifhom ġwież lil munqarek, ħa nitlaħħam fik u ninbidel, nissaffa fil-ħalba bla nikta fejn jisreġ id-dawl. u ‘In Vitro’, mit-taqsima tal-ktieb L-Għar tal-Enimmi: ...ħabbejt il-ħajja, Mulej, iżda aħsadni f’dak il-jum meta jitwieldu jibdew bnedmin ġol-vażetti. Hemm żewġ attribwiti f’Achille Mizzi li jiena nqis li

għandhom siwi kbir. Dawn huma li huwa poeta tassew u li huwa uniku. It-terminu ta’ poeta m’għażlux hu għalih innifsu iżda għażilhulu ħaddieħor li, meta ħares lura lejn ħidmietu kompleta, lemaħ fih korp omoġenju u solidu ta’ poeżija konsistenti fil-livell, mogħnija b’ritmu sabiħ, figuri tat-taħdit, mużikalità u lingwaġġ distillat mibni skont l-esiġenzi tal-istil speċjali tiegħu. Mill-banda loħra l-uniċità ta’ Mizzi toħroġ mill-fatt tal-istess sura ta’ kitbietu, mill-istil xejn komuni li jħaddem, li għad li xejn mhu tradizzjonali fil-forma; imma l-aktar permezz tal-għażla preċiża tal-kelma u tat-tismira ritmika joħloq armonija mużikali li tpaxxi s-sensi talqarrejja tiegħu. Mizzi hu poeta kolt ħafna kif naraw anke fil-poeżiji li jittrattaw is-sesswalità tal-bniedem. Huwa jittratta ssuġġett b’mod dinjituż u eleganti. Xejn krud, vulgari, xejn irħis. Fil-kitba tiegħu s-sesswalità mhix hemm għall-glorja tagħha nnifisha iżda biex isservi ta’ pjattaforma għall-ispiritwalità, għall-eżaltazzjoni talmiraklu li hi l-opra tal-ħolqien fejn il-bniedem ipoġġi lilu nnifsu għad-dispożizzjoni tal-Eros biex jasal għalliskop li għalih ħalqu Alla: il-għotja tal-ħajja. Ilħsibijiet tiegħu isegwu lil xulxin b’ritmu ta’ bniedem ferm artikulat u mħarreġ sewwa fil-kelma safja ta’ lsienna, fit-termini tas-snajja’ differenti, kif ukoll flistudji u t-tmaħħiħ tax-Xjenza, il-Filosofija, ilmitoloġija, il-kultura u għadd ta’ kampijiet oħra fejn il-bniedem iħuf u jikkumbatti mal-ħajja. Il-qarrej assidwu ta’ Mizzi li ma jitmeżmiżx milli jiddedika ftit ħin żejjed biex jixtarr u jifhem il-poeżiji tiegħu, jieħu lura bil-bosta, għax bla ma jrid iħossu parteċipi f’bankett, bankett bnin ta’ metafori oriġinali li joqogħdu bħal skartoċċ fil-kanna; ta’ ħsibijiet elevati u sublimi dwar is-suġġetti kollha li jaqgħu taħt il-kappa tax-xemx, bankett ta’ vrus li jintrabtu ma’ xulxin bħan-noti f’partitura biex isenslu poeżija melodjuża fejn il-ħsibijiet jinħassu donnhom mużika mreġija mill-bakketta ta’ surmast. Jekk tpoġġi lil Mizzi f’paragun ma’ Dun Karm kif jindikalna Oliver Friggieri (għal darba darbtejn), kif ikkwotat mill-awtur tal-ktieb, issib li Mizzi xorob sewwa mill-għajn li l-predeċessur tiegħu Dun Karm sawwar fl-ewwel nofs tas-seklu għoxrin fejn tidħol ilħakma sublimi tal-kelma Maltija. F’dawn iż-żewġ personaġġi jeżisti xebh li ma tistax tiċħdu. It-tnejn huma mogħnija b’sens qawwi ta’ spiritwalità. Filwaqt li wieħed kien saċerdot l-ieħor kien imrobbi qrib dik id-direzzjoni, bl-istess valuri reliġjużi sodi fil-

19


prattika. It-tnejn kienu ewliena għal żminijiethom u t-tnejn spikkaw u ħallew impatt kbir fuq ix-xena letterarja Maltija. Dun Karm kien wieħed minn talbidu li beda jikteb bil-Malti, u kien dak li kiteb il-versi tal-Innu Malti u ħafna innijiet reliġjużi, filwaqt li Mizzi kien l-ewwel li tbiegħed mill-arketip ta’ kittieb tal-poeżija fil-forma klassika tagħha biex wessa’ ddimensjoni ta’ dan il-ġeneru ta’ kitba u arrikkixxa llibreriji b’numru sabiħ ta’ ġabriet ta’ poeżija. Kif Dun Karm hu l-poeta nazzjonali, Mizzi jista’ faċilment jissejjaħ il-poet laureate ta’ pajjiżna. Nagħlaq bl-aħħar żewġ versi mill-poeżija ‘Enigma Variations’, poeżija li tinkapsula tajjeb ferm lelement proattiv li jagħmel lil Mizzi dak li hu – mgħallem fil-ħajja daqskemm fil-poeżija – misluta mit-taqsima li ġġib l-isem Qabel L-Għar tal-Enimmi (pġ41). Imxi u ara taqa’. Dak dell ta’ zokk mhux sejf wara widintek. Versi li juru l-filosofija tal-ħajja ta’ Achille Mizzi, ilpoeta tal-pożitività minkejja kollox, bniedem li jgħix dak li jikteb u jikteb dak li jgħix.

BETTIEĦA POETIC TWINKLES - A new poetry anthology by Dt. Ashok Chakravarthy Tholana

Meta it-tebqa ta’ tebuti tingħalaq u jintemm it-tbixkil u t-tberrin, jinfetaħ is-siparju ta’ teatru u nsibni f’bettieħa tal-għaġeb u nifhem imbagħad min stiva ż-żerriegħa ringieli ringieli fillieri fil-flieli t’arkanġli u t’anġli, korijiet mimlijin għeġubijiet. Kull żerriegħa hemm maqfula ġo fiha bettieħ bil-mijiet, dinjiet ifaqqsu d-dinjiet.

Some reflections by Patrick Sammut Dr. Ashok Chakravarthy Tholana and I have been friends through internet for many years, thanks to our common interest, Poetry. For years, many from all over the world, have regularly received and appreciated his poetry, through his printed books, but especially through the net.

ACHILLE MIZZI

The poet, like every human being, has a narrative to recount. Dr. A Chakravarthy Tholana’s narrative in this new collection of poetry - his eighth one, with 100 poems in all - can be divided into five main sections: the existential poet; the eco-poet, or the poet as an ecologist; the peace poet; the social poet; and, the self-reflective poet. Stylistically, Dr. A. Chakravarthy Tholana prefers the traditional forms, especially quatrains, with rhyming couplets, as one of his favourite rhyming schemes. The reader shall

20


be cherishing poetry both as a play on words, and sound poetry through alliterations, assonances, mono-rhymes, and what have you. The existential poet: As a human being, Ashok Chakravarthy Tholana writes about the here and now, or his presence in the real world. In It Dawns as Usual, he recounts and sings about past and present ups and downs, personal experiences such as childhood, village life, love, and actual moments of despair. All this is delivered through a particular lexical register: “petals”, “ocean”, “greenery”, “hills” and “meadows.” Poetry is here presented as painting or photography. Poetry and philosophy move hand in hand in Chakravarthy Tholana’s verse. In Fleeting Time, we read: “Facing upheavels and travails/ In ‘the boat of time’, life travels.” Life’s Big Miss reminds us that the poet is a being who feels both homesick and conscious of “the fleeting time and the advancing age.” An inner feeling of his is that of being caught “between... two shores”: his home town where there is bliss on the one hand, and the city where he works for his daily bread on the other. The eco poet: As an eco-poet Chakravarthy Tholana’s plea is against the destruction of key natural areas on our globe, such as the Amazon Rainforest. If We Fail to Confront This is a reminder that all humanity is responsible for such devastation. Prosper with Nature is about animal extinction, deforestation, and destruction of nature. The poet cautions that “Nature is bound to unleash its fury in the future” if human beings continue with such conduct. Thus, his plea is: “Let the world prosper with nature without any rift.” The peace poet: Although what we read here are the verses of a poet who is always conscious that “The world is a mere decoration of delusions” (The Peace Space) and “the world is a spectacle of illusions”, what really Chakravarthy Tholana does through his poetry is inviting us to world peace. In Ushering in a New Dawn the word “peace” is repeated twenty times within the space of twenty four lines. In A Poet’s Vision... we also read that the poet is a being of foresight, the pen being his only weapon. The poet’s duty is “To spread equal love and generosity,/To arouse humane instinct in humans.”

Knowing that the world is at the same time “painful and adorable”, in Pray the Creator Chakravarthy Tholana prays to “boost the human conscience”, to “implant human-trust, mutual”, to “rouse mercy in human thoughts” and to oust “human self-centric mind.” Apart from education, love is the other antidote to hate and disharmony: in You are Someone we are reminded that no man is an island and that humans survive thanks to love, just as fire survives thanks to firewood. The social poet: Chakravarthy Tholana is no dreamer, and thus his are poems of protest against selfishness, wars, selfinflicted pain, child abuse, general apathy, violence, materialism and inequality. (With a True Delight) Many of his poems take the form of a call for humanity’s transformation from “self-centric” to one “cautioned by veiled inner-self.” (For Joy Eternal) Service to Humanity is Service to God showcases the poet as a moral being, a spokesman of truth, justice, love, hope and charity. Key lines in this poem are: “Real bliss and ultimate contentment of life/ Rests in rendering service to humans in grief.” At Who’s Behest is about a substantial part of India’s reality: slum areas, famine, poverty, and the orphans’ desperate struggle for food. The Cry of a Street Child is about loneliness, hunger and more despair (“My dust laden body, torn clothes and sunk eyes”). Children need “parental caring” not “suffering”! A similar poem is For a Child Forever Is... where Chakravarthy Tholana stresses the importance of the mother as giver of love, wisdom and light. For the poet of the present collection the man in “tattered clothes, feeble body”, “Imparts to one and all, a fitting lesson/ To rid ourselves from selfish motives/Lest, we cannot fulfil life’s objectives.” And in Chakravarthy Tholan’s mindset, life’s objectives are the achievement of unity, charity, dignity, solidarity, security, nobility, amity, equality, all emphatically recurring words in his poetry. Education is a key tool against social degeneration. Thus, Pages of Learning Books is a tribute to teachers as groomers of our minds, enemies of ignorance, mentors, and “light of knowledge... of wisdom.” The poetry in this collection encourages the reader “to break the shackles of ignorance/ To realize the true purpose of life’s relevance” (Unless

21


We Realize), and to find again “the bliss of selfvision... truth and realization.” (Truth and Realization) The self-reflective poet: Chakravarthy Tholana is also an ambassador of Poetry. Mantle Of Peace is about the benefits of poetry, understood as a “mighty weapon” against death and destruction, “a balm, a peace-filled nectar.” Indeed, in It Is the Poet, the latter is perceived as “saviour” and an envoy of all “acts of humanitarian nature”; here the conviction that “poetry... changes the human mood” is supreme. The poet is conceived as a supreme being, standing in a privileged position, in the sense that he lives both amongst the people and at the same time is like an all-seeing eye reflecting on various facets that are part of humankind’s everyday life. The poet is privileged also because his priority is not survival, but reflection. He is a reflecting Self, omniscient and omnipresent - see When I Look Deeper -, his gaze noting every outer detail (“dried-up leaves... Fall to the ground”; “birds in their nests”) and inner emotion and suffering (“unknown fear[s]”).

invites us readers to stop for sporadic moments during our rushing day to reflect about what really makes human beings tick: essentially one race, inhabiting the same space, all of us off springs of a Mother who (for our own sake) rightfully demands our care, attention and respect.

Incite the Mind is a powerful poem. Chakravarthy Tholana emphasises that, “Poetic thoughts/ ignite,/ implant,/ Inflate,/ invent,/ Inject,/ Induct/ And incite the mind.” Conclusion: This is a collection of poetry not to be read all at once, but to be gradually savoured day by day, like an excellent bottle of wine. Let us however remember that although the poet of this present collection is conscious of the many disappointments we as human beings face in life, his remain poems of optimism and hope. Thus, his poems, read day by day, will certainly generate in us readers a sense of positive vibes, respect and unity with both humanity and the universe. In Upright Thoughts Chakravarthy Tholan writes about the power of words: “they possess real value and power” and “Every powerful word related with life/ Does act like a potion to transform life.” (The Potent Words) Such “potent words” and words of transformation remind us of the unforgettable speeches made by former peace gurus such as Ghandi, Mother Therese, Martin Luther King Jr., and Pope John Paul II in their relentless plight against hatred, racism, nationalisms and war. Dr. Ashok Chakravarthy Tholana’s narrative in Horizons of Poetic Twinkles is also one which

DISPERAZZJONI KALMA Andrew Sciberras: Carmel Attard: Il-Poeżiji (u kif kienu jafuh sħabu l-kittieba); pubblikazzjoni l-Awtur; 2020; 314 paġna. Jikteb Alfred Palma Il-poeta u awtur prolifiku Andrew Sciberras issa ilu żmien sew kultant iwarrab ftit fil-ġenb il-ħidma poetika sfiqa tiegħu biex idur lejn poeti oħra u jikteb dwarhom studji analitiċi li issa wieħed jista’ jqishom bħala uniċi fix-xorta tagħhom. F’dawn l-istudji letterarji, l-awtur jidħol intimament f’kull poeta li jagħżel b’xorta ta’ bijografija li tixtarr lill-istess poeta permezz ta’ vrusu. Wieħed mill-akbar poeti li qatt kellha Malta, u li b’xorti ħażina forsi qatt ma ngħata f’ħajtu l-veru ġieħ

22


li kien jistħoqqlu, kien Carmel Attard (1943-1994), li jien kelli x-xorti li nkun nafu, tkellimna flimkien bosta drabi, qsamna l-ideat tagħna dwar il-ħajja u lpoeżija, u miegħu jien qsamt ukoll l-uġigħ emozzjonali li lil Attard ittorturah tul il-ħajja qasira kollha li għex. Għalhekk dan il-ktieb voluminuż u mill-isbaħ li għadu kif ippubblika Andrew Sciberras, kien ta’ sodisfazzjon kbir kemm għalija kif ukoll għal dawk kollha li jridu jafu aktar dwar Attard u l-ħajja ttorturata tiegħu. Ilktieb jiftaħ b’Kelmtejn Qabel mill-Awtur; imbagħad għadd ta’ poeżiji qawwijin minn Taħt Qillet ix-Xemx, ġabra ta’ poeżiji ppubblikata minn Attard fl-1972. Jikkumplimentaw dawn il-poeżiji nsibu żewġ studji interessanti tal-Prof. Peter Serracino Inglott u l-Prof. Oliver Friggieri, b’għadd ieħor ta’ poeżiji mill-isbaħ ta’ Attard bejn studju u ieħor. Il-Prof. Friggieri jkompli janalizza lil Attard u vrusu fi studju ieħor brillanti msejjes fuq il-ġabra Lampara. Jikkumplimentaw dan l-istudju, u għadd kbir ta’ poeżiji ta’ Attard, insibu dak li qalu x’uħud dwar ilktieb Taħt Qillet ix-Xemx. Isegwi studju ieħor dwar ilktieb Il-Kelma tal-Bniedem b’Daħla mill-Psikjatra Anton Grech, li janalizza l-qawwa poetika ta’ Attard u l-effett relattiv tagħha fuq il-psike tiegħu. Wara, żewġ studji oħra brillanti mill-Prof. Charles Briffa u Dr Sciberras innifsu, imżejnin b’għadd kbir ieħor ta’ poeżiji, bosta minnhom ġawhriet letterarji. Warajhom sentenzi kkwotati li jixhdu b’mod profond ħsus Attard fl-intimità tagħhom. Lejn tmiem il-ktieb naraw kif kittieba u poeti oħra kienu jafu lil Attard. Fosthom insibu lil Alfred Massa, Charles Flores, Salv Sammut, Tarċisju Zarb, Achille Mizzi, Mario Azzopardi, Oliver Friggieri, Victor Fenech, Frans Sammut, Alfred Sant, Victor Mifsud, Alfred Degabriele, Jesmond Sharples, Joe Friggieri, Dennis Arrigo, Jesmond Zerafa u jien, li lil Attard kont inxebbhu mal-poeta Werther, ta’ Goethe. Jagħlaq Attard innifsu b’artiklu lapidarju: “Il-Poeżija: X’inhi u xi tfisser għalija” (18/1/1978). Dan il-ktieb, mitbugħ b’mod tassew oriġinali u eleganti, imżejjen b’ritratti nostalġiċi u tpinġijiet ta’ Sciberras innifsu, huwa mhux biss ħarsa profonda u studjata lejn poeta sensittiv għall-aħħar, li dejjem ried li d-dinja tifhmu, iżda wkoll tal-poeżija per se u leffetti tagħha fuq ruħ il-poeta nnifsu tul il-mixja qalila tiegħu fuq din l-art, meta bosta drabi dawn leffetti jafu jkun diżastrużi daqskemm jistgħu jkunu eterei!

ĦSIEB L’ottimismo è il profumo della vita, Ridendo si allarga sempre un po’ la vita. L-umoriżmu huwa l-fwieħa tal-ħajja. Meta nidħqu dejjem inwessgħu xi ftit ilħajja. Jikteb Dr. John Consiglio Kliem sabiħ li niftakar sew kien l-essenza ta’ riklam ta’ prodott kummerċjali, u li niftakarni narah u nieħu gost bih fuq ir-RAI-TV. L-abbinament (it-tiżwiġ) bejn kliem maħsub b’għaqal, u konċettwalizzazzjoni talidea mixtieqa fir-reklamar li naraw fuq l-istazzjonijiet tat-TV Taljan, jiena jaffaxxinawni ħafna, u nsib li għandna ħafna x’nitgħallmu minnhom. Ix-xjenza… jew l-arti, jekk trid… tal-marketing (u lmarketing huwa ferm akbar mis-sempliċi pubbliċità) titlob ħafna ħsieb, u modestament inħoss li għadna lura ferm fiha f’Malta fejn jidħlu r-reklami fuq itteleviżjoni tal-istazzjonijiet lokali. Fl-Italja mhux hekk. Niftakar sew snin twal ilu kont qrajt li lkumpanija kbira tal-karozzi FIAT kienet ħallset lillillum mejjet produttur kbir tal-films Franco Zeffirelli, is-somma ta’ madwar tliet miljun dollaru sabiex joħolqilha riklam, ta’ mhux aktar minn tletin sekonda, għal mudell ġdid tagħha… jekk niftakar sew il-famuża 500, li mbaghad kienet saret ikona filgamma tal-mudelli tal-FIAT, u li fil-fatt dan l-aħħar dan il-mudell rega’ ġie mogħti ħajja ġdida.

23


F’sempliċi tletin sekonda, kemm fir-riklam ta’ Zeffirelli, kif ukoll f’ħafna riklami oħra li għadna naraw sal-lum, il-kreatur bravu ikun kapaci jdaħħal ħsieb, sentiment, u saħansitra anki storja żgħira, u huma dawn l-elementi li jagħmlu riklam tajjeb u li jibqa’ stampat f’moħħ it-telespettatur. Ukoll, bħal fir-riklam tal-’umorismo’ kif hawn fuq imsemmi, riklam tajjeb kapaċi jistimola f’dak li jkun jarah diversità ta’ sentimenti: mhux biss ħajra għal prodott (u dik tibqa’ dejjem primarja), iżda anki simpatija, antipatija, ammirazzjoni, attenzjoni, ħlewwa ta’ qalb (mod speċjali meta jidhru t-tfal firriklami), u anki ammirazzjoni u ħajra għal kultura, mużika, arti, eċċ. Riklam tajjeb kapaċi jagħmel il-mirakli… saħansitra jkattar l-umoriżmu !!!

IL-BAĦAR Jikteb Victor V. Vella Ngħid għalija waħda mill-isbaħ poeżiji Maltin hija dik li kiteb Dun Karm li jisimha, Żagħżugħ ta’ Dejjem. Dik il-poeżija hija milquta minn kollox. Hi bbażata fuq metafora jew tixbiha fejn il-poeta jitkellem fuq il-baħar bħala ż-żagħżugħ li ma jikber qatt. Fiha nsibu l-għażla ta’ kliem sabiħ u adattat mingħajr tqanzieħ. Fiha l-armonija saħansitra tal-ħoss talkliem, kif ukoll dak tar-ritmu tal-baħar u wkoll ilħsejjes li kollha joħorġu int u taqraha. Fuq kollox

hemm dawk li nsejhulhom vinjettes, jew deskrizzjonijiet qosra imma effettivi bħal dik l-istrofa li fiha Dun Karm qiegħed ikellem lill-baħar u jgħidlu: Imma, togħġobni, inħobbok... (narak) tilgħab b'werqa tal-alka, jew b'sebgħek tinbex xi bebbuxu fil-bejta, u tħaxwex dik l-għanja , li tgħallimtha fil-bidu u qatt ma nsejtha. Nifhem li hawn minnkom għeżież semmiegħa min jistagħġeb li daħħalt il-baħar bħala nicca tal-kultura Maltija. Imma l-baħar għal kull gżira hu bħall-arja li mingħajrha ma ngħaddux. Veru l-baħar hu ikbar min-nicec li inkludejt f'din is-sensiela. U mhux bħalloħrajn għax ifforma ruħu u fforma l-gżira: imma ilMalti użah kemm għall-għejxien, kemm għallpassatemp, kemm biex jitlaq u kemm biex jasal minn x'imkien ieħor jew biex jgħaqqad flimkien jew jissepara żewġ gżejjer. U mal-baħar hemm dawk inniċeċ żgħar ħdejn il-kobor tiegħu, dawk id-daħliet sbieħ, rmula b'dak ir-ramel ileqq fix-xemx li jserrħek x'ħin tħossu taħt saqajk ħafjin minn kollox. 'Għax jien irrid nara l-baħar'... Tisma’ sikwit, 'għax inkella niġġennen.' Għax il-baħar jagħtik vista ikbar mill-art, jiftaħlek twieqi ġodda li jwasslu ’l bogħod, iġegħelek toħlom fit-tluq sogħbien u f'xi wasla sabieħa, hu dejjem miegħek u qatt ma tixba’ minnu għax tarah u tħossu jmelles l-art u jżiegħel biha jew jiggranfa u jobrom u jkisser f'xi maltempata xitwija jew grigalata li taħsbu li se jibla’ l-art.

24


Il-bajjiet il-kbar ta’ Malta kulħadd jafhom bħallGħadira, Marsalforn, Birżebbuġa, Għajn Tuffieħa li ġew f'moħħi. Imma barra dawn b'mixja jew qadfa mal-kosta għandek issib il-ġawhar jew in-niċeċ ta’ dawk id-daħliet żgħar bhal dik ta’ Santa Marija ta’ Kemmuna jew dik tax-Xquq jew Anchor Bay qabel ma tħassret meta mlewha bl-imbarazz ta’ Popeye. Dawn issibhom f'xi rdum imwarrab imma meta ssibhom tistrieħ u tieħu r-ruħ. Niftakar meta kont mort l-ewwel darba Kemmuna, meta dak iż-żmien kien għadu ma joqgħod ħadd ħlief il-familja ta’ Venewwa li kien jagħmel naqra nbid minn dak l-għeneb xieref u ħelu li kien jikber hemm u hekk kif dħalna fil-bajja ta’ Santa Marija mdawra bil-blat u bis-siġar tal-broxk tħossok bħal speċi ta’ Kristofru Kolombu meta dahal... bil-kwiet kollu fil-plajja ta’ San Salvador... Kif dħalna naqdfu fuq baħar li tibża’ tifirdu bil-moqdief, b'xi mulet jaqbeż għall-arja friska ta’ filgħodu, bla għagħa u geġwiġija ta’ nies malajr tgħid... jew tkanta... oh xi kwiet... donnu fid-dinja ma baqax inkwiet... Imbagħad biex tkompli l-veduta kien hemm dik innaqra ta’ kappella mdawra b'żewġ siġriet li tistagħġeb kif kibru qalb il-blat għeri u mirjieħ ta’ Kemmuna. Mal-baħar jigu l-karattri li għalkemm ħajjin huma statwi li ġew minquxin minnu, karattri ta’ sajjieda, ta’ baħrin, ta’ barklori, nies naturali bil-leħja ta’ xahar jew iżjed, b'ucuħ maħruqin bix-xemx u b'għajnejhom jixegħlu u b'ħarsa li xxoqqok. Ikolli nsemmi wkoll il-kliem tan-nies tal-baħar, kliem li filbelt ma jdoqqx imma ffittja mal-baħar u malirdumijiet u mas-sarsi u mal-kajjikki ta’ fuq u ħdejn il-baħar. Dari izjed mil-lum il-baħar kien fih ħajja għalih, fejn b'mixja żgħira qalb il-kajjikki fil-bajja ta’ Marsalforn... tara wieħed bil-leħja u b'pipa mgħawga jirranġa n-nassi tal-vopi u jew tal-merina, u l-ieħor jitkaxkar taħt il-luzzu jizbogħ il-prim u lieħor iraqqa’ x-xibka li qattagħlu d-denċi u sejrin. Xeni li kemm il-pittur jew fotografu ħa jew ikkopja biex jibqgħu għall-futur. Waħda mill-isbaħ drama kompluta bix-xeni b'kollox li rajt kien meta filgħodu kmieni meta kont għal btala f'Għawdex bdew deħlin is-sajjieda fid-daħla tal-Imġarr, u fid-dawl imnemnem tal-fanali rajt iddrama tal-bejgħ tal-ħut, imħawra b'ħafna kliem li jiddispjaċini ma nistax nirrepetih għax l-anġli u lqaddisin jibdew jaqbżu fil-baħar... u b'dik ir-riħa li taqsmek tal-ħut frisk imhawra b'dik tat-tabakk talpipa u ta’ xi sigarett 'home made' imdendel bejn

żewg xufftejn xerfin daqs dahar ta’ sargu... U bittixjir tal-idejn u bl-għemiż tal-għajnejn u bil-brieret imtellgħin minn fuq ix-xagħar imqanfed... U min jixrob belgħa kafe minn skutella bix-xifer imtajjar u min isabbat il-vopi għax ma jista’ ibigħhom b'xejn u minn ineħħi xewka ta’ skorfna mill-werrej ta’ idu lleminija b'mus ippuntat iżjed mill-Ponta Rqiqa... ta’ Kemmuna... armonija sħiħa ta’ kliem imsefsef filwidnejn... ta’ għajjat kwiet, ta’ tisfir qalb id-duħħan u d-dawl inemnem ta’ għodwa sajfija. U titla’ xxemx u x-xena tinbidel u jaqa’ l-kwiet u jibda l-ħasil u l-irbit u... l-istejjer fil-ħanut ta’ Tuna... fuq ilmostri tal-baħar... u fuq l-isbaħ u l-ikbar ċerna li ħarbet minn idejn Ġakku, it-Tmun.

THE FAERIE AND THE EARL Kitba ta’ Melanie Camilleri

Once upon a time in woodlands wide and far, lived a jolly Faerie whose hair and lissom wings were strewn with mesmerizing stars. Her graceful flight was very swift and daily she would roam aloft, amid the green of rhubarb leaf and above the sweetest nests of birds. One bright Spring day, she encountered a charming Earl while he wandered the rough country with his travelling companion Hyperion. On gazing at the Earl’s handsome form, the Faerie was utterly smitten, and as she lusted for his ardent love, she pleaded with the forest goddess to grant them a moment of mystifying romance. The goddess heeded her incessant prayer, however she felt she had to warn her that the Earl was supercilious and vain, and that if she really intended to woo him, she had to show off her noblest talents at the same time

25


concealing her true countenance and her shape’s loveliness. The Faerie consented so the forest goddess summoned her mystic powers and with her beaming wand, she transmuted the Faerie whose appearance suddenly was no longer that of a woodland queen, for the stars that crowned her mane had faded, her yellow tresses were painted brown and her ravishing velvet dress was now the humblest maiden’s gown. So, the Faerie went on an adventurous quest across the woods where scarlet apples hung from scented trees and sun gleams shone their majestic light piercing the haunting darkness of day. She sauntered forth accompanied by tiny frolicking sprites until one fated night, she glimpsed the golden satin of the Earl’s marvellous mantle. He lay sleeping like a deity, among hovering nymphs, and in beautiful flowery bowers that oozed a soothing lullaby, and at that instant the genteel Faerie did see, the wonder of his slumbering eyes. “What could make him love me?” thought she. “My face no longer pretty, my locks no longer blonde, let me behold my own reflection in the mirror in the pond.” And suddenly the Earl woke from his profound sleep. “What is it you want?” he yelled. “I wish to take just one peep! One peep at you as you tenderly sleep, and then I shall be gone forever. Let us both pretend that I’m Selene, the revered goddess of the Moon, and that you’re her beloved Endymion who on Mount Latmus sleeps eternally.” But the Earl protested: “I’m not Endymion, and you are not a goddess, for if you were, you would not look so wretched in that ugly unsightly frock, so be gone and never dare interrupt my slumber again.” This was the first time the Faerie was treated with contempt, so she plunged into heart-breaking distress and vanished inside the wilderness. The nymphs were very angered and pledged to curse the Earl for being appalling and ungracious. “But she’s insufferably plain, why do you insist I should pursue the tiresome youth?” The Earl exclaimed. “Oh, I am doomed!” cried he. “I am doomed!” So, he resolved to tread the starlit trails and ride his sprightly loyal steed. Then one cloudless evening he came upon a peculiar dwelling where silver moons and orbs floated above the strange abode which much to his surprise belonged to the Faerie. “I have been seeking you out as I wanted to offer an apology” he said kindly. A smile warmed her

emerald eyes and little twinkles adorned her cute rose-tinted cheek. “How can I entice and enrapture you, for I so wish to please you?” she softly asked. “Well, I’m extremely fond of verse from bards of ancient times, so perhaps you could recite a poem.” The Faerie soon started to recount an enchanting rhyme: “Fleet foot on the correi, Sage counsel in cumber, Red hand in the foray, How sound is thy slumber! Like the dew on the mountain, Like the foam on the river, Like the bubble on the fountain, Thou art gone, and for ever!” The Earl was astonished, the honeyed utterance of her lips captivated him all night. He felt like a monarch of olden day who listened with awe as his wife Scheherazade told her endearing endless stories. So, with a hope of giving her pleasure, he gathered some blooms and made them into a wreath. He later decorated her mahogany ringlets with peonies, lilies and orange-blossoms and with a garland which emanated a delightful perfume. It was then that the Earl and the Faerie kissed, and the new dawn scattered its gaudy glow of paradisal bliss.

IT-TOROQ TAGĦNA T-TNEJN It-toroq tagħna t-tnejn m’hemmx li jiltaqgħu. Minn mindu kont għannejtli b’leħen ħiemed ir-raba’ moviment tas-sinfonija, (u ridtni, bla ma naf, inkanta miegħek, u jien, imbikki, ħriġt vuċi maħnuqa), għannejt u bkejt mingħajrek bosta drabi. Illum ktibtlek il-kliem għal dik il-għanja biex inkantaw flimkien, iżda jien nibża’ li t-toroq tagħna t-tnejn m’hemmx li jiltaqgħu. OLIVER FRIGGIERI (minn Taħt il-Fanal Hemm Ħarstek Tixgħel, Merlin Library, 1988)

26


għedtulhom, sa minn meta kienu żgħar. Jagħmel sewwa kull min iħobb il-ġmiel ta' pajjiżna jgħaddi dan il-wirt ta' mħabba lil uliedu. Insellimlek Patrick, Ħabibek Paul P. Borg

IDFNUNI F’WIED IL-MISTRA... (Nhar il-Vitorja, 1993)

JIKTEB PAUL P. BORG X'hemm Patrick, Il-bikja għall-ambjent jibkuha ftit nies biss sieħbi. Ilbiċċa l-kbira tal-Maltin jiġu jaqgħu u jqumu millambjent bħalma madankollu jagħmlu l-għadd kbir ta' bnedmin mad-dinja kollha. Jiena nwaħħal fl-intelliġenza ngħidlek is-sewwa. Mhux tant sens komun: is-sens komun ikollu lbniedem, għax ikun jaf li qed jagħmel ħsara irreparabbli. Imma ma jismax mill-kuxjenza li kull bniedem jaf li qed tgħidlu tkissirx u teqridx u tkerrahx. Imma juża moħħu b'ħażen kbir biex ifittex fejn ikisser, jagħżel fejn ikerrah u kif ikerrah - għax ikollu ħsibijiet li jakkwista xi ħaġa li tiswa aktar minn sempliċiment tgawdija spiritwali li l-bniedem jakkwista meta jkun qalb in-Natura.

Idfnuni f’Wied il-Mistra fi tmiem żmieni w aħbuni f’raba’ saqwi kollu frott, ħalli fil-ħemda sierda nistrieħ hieni, idfnuni... W insew li qatt imxejt it-trejqa dejqa bejn l-għollieq u l-ħarruba taħt is-sies lil hemm mir-raba’ tafli kollu xewk, insew... U meta l-bini jasal f’Wied il-Mistra biex jeqred bidwi ġwejjed u miblugħ u ’l kliemu w ta' ġrajjietu l-ferħ u d-dmugħ, u jwitti t-trejqa dejqa u imdella bejn l-għollieq u l-ħarruba taħt is-sies u t-tarmak jasal sewwa sew fuq qabri, tgħidulix... Ħalluni mejjet u mistrieħ fil-Mistra fil-qabar taħt it-tarmak b’vilel sbieħ, ħalluni...

Inti b'IL-PONT qed tagħmel biċċa xogħol kbira li timla vojt li suppost mimli minn għaqdiet ta' għadd ta' nies jaħdmu flimkien għall-ġid tal-ilsien Malti biex jitlaħħaq dan ix-xogħol kollu li jkollok f'kull ħarġa. Lili żżommni għaddej naqra ftit ftit żmien twil - ara liema xogħol tieħu inti biex tikkompilaha! U bħala kittieb nixtieq nifraħlek u nqawwilek qalbek talli minn żmien għall-ieħor tajt ukoll spunt ta' wesgħa għall-ambjent naturali Malti. Qiegħed ngħaddilek poeżija, Idfnuni f'Wied il-Mistra, dwar fejn nixtieq li jispiċċa ġismi meta mmut. Jalla nagħlaq għajnejja qabel ma jkissru Wied il-Mistra. Ilni narah iberraq. Sabiħ wisq, u bħal mara b'ġisem sabiħ u mimlija seħer naturali ta' ġmiel bla tarf, ma jistgħux ma jistuprawhiex. Issa tara kif jistuprawha lill-mara-Mistra! Issa tara! Lil uliedi dan id-diskors dwar l-ambjent ilni snin li

27


Niżżluni fil-fond aktar, ’l isfel aktar u aktar ’l isfel f’qiegħ is-saqwi niedi ’il bogħod ’il bogħod fil-blat u l-ħrib tas-snin ġol-umdità qalb ħanżir l-art mikdud biex nibqa’ nisma’ l-qasab twil u xiħ jiċċaqċaq u jixxejjer mal-irjieħ. U nibqa’ nxomm ir-riħa tal-imdemmel, tal-bħajra u tat-tuffieħ u l-ilma għaddej. U nibqa’ nara l-ħmar idur fis-sienja ċirku giddieb li ma kien qatt etern. U lill-qattusa mgħaffġa minn karozza fuq it-tarmak ta' fuqi tgħidulhiex x’hemm midfun taħtha f’qiegħ il-blat u ż-żmien. Idfnuni f’qiegħ il-Mistra fi tmiem żmieni w aħbuni f’qabar, għada, taħt it-tarmak. Aħbuni f’dell in-nannu u l-moħriet, il-bħur ibejjet, il-ful u it-tewmiet. Ħalluha bieżla l-bhima sax-xemx nieżla, ħalluh lin-nannu jbandal il-ħatufa ħalluh lil driegħ is-sikka jradda’ l-art u fuq ir-riħ tal-Wied lil hemm mix-Xifer ħalluha x-xemx tinbixni mill-ħarrub tongħos imħeddla b’leħen il-werżieq. Tmissuhx il-mewġ jitbewwes maċ-ċagħkiet b'żegħil immelles b’nar fid-dawl ta’ qamar fuq żewġt iqlub jinqalbu fi Rdum il-Bies. U lid-demel tal-bhejjem tal-Qantara u tal-Imbid, ħalluh mal-ward jitqabad fil-bogħod taż-żmien fil-qiegħ tal-Wied tal-Mistra.

Ħalluh lid-dell tat-tfajjel b’nokkli suwed jiġġerra mal-irdum u mal-widien; la tgħidulhomx li jien midfun hawn taħt; la tfakkruhomx li jien midfun taħt vilel sbieħ u tarmak li jinten ġewwa l-Mistra la tgħidulhiex lin-naħla mgħaxxa tfittex għalxejn lis-sagħtar fuq it-tarmak ċatt, li jien midfun hawn taħt ġo qiegħ il-Mistra... Aħarqu bennet l-għeneb it-tifkira imrikkeb fuq il-qasab f’Wied il-Mistra u t-tin misjur fuq is-sejjieħ maqsum għal għajn ix-xemx mit-tfajjel kollu nokkli, aħarqu... Aħarquh fuq it-tarmak ta’ fuq qabri u l-vilel f’Wied il-Mistra fi tmiem żmieni. Aħarqu għada, tiddejqux, aħarqu d-dmugħ li bkejt u l-bżieq fix-xejn li ħlejt. Lill-Bur u s-Sarġ u r-riħ ħafif mill-Griebeġ u lill-Bajjad li kien, u t-Taqtigħat lix-xagħra ta’ Stoppin u lill-Isqaq la tgħidulhomx min hemm midfun hemm taħt; ħalluhom jinksew bini u triqat... Ħalluhom jiksu qabri b’tarmak iswed ħalluhom, l’hekk iridu il-bnedmin... PAUL P. BORG (minn Eternità, Horizons, 2015)

28


għandna f’idejna jistudja din il-ġrajja minn perspettiva tassew differenti. Hu jurina, biex ngħid hekk, il-‘wiċċ Għawdxi’ ta’ dan l-avveniment li wassal biex isir żvilupp qawwi fit-tmexxija ta’ pajjiżna, hekk li prattikament dritt wara, u bħala konsegwenza talġrajja li seħħet fis-7 ta’ Ġunju 1919 u l-irvellijiet marbutin magħna, Malta ngħatat il-Kostituzzjoni Amery-Milner. Interessanti wkoll il-fatt li fl-1921, mitt sena ilu, Għawdex kien rappreżentat minn erba’ persuni distinti fl-Assemblea Leġislattiva.

Dies Irae, Dies Illa. Jum ta’ Għadab, dak ilJum ta’ Aaron Attard-Hili, Cacciensia 6: Kunsill Lokali Xagħra, 2019, 86 p. Reċensjoni ta’ Dun Geoffrey G. Attard

L-isem ta’ Dr Aaron Attard-Hili mhuwiex wieħed ġdid għal dawk li għandhom għal qalbhom l-istorja ta’ Għawdex tagħna u tal-għażiża art twelidna. AttardHili ilu għal bosta snin jagħmel riċerki oriġinali f’diversi oqsma li huma b’xi mod relatati mal-istorja ekkleżjastika jew dik soċjali tal-gżira Għawdxija u xxogħlijiet siewja tiegħu huma ta’ min jixtarrhom għax dejjem jitfgħu dawl ġdid fuq il-qasam li jkun daħal biex jistudja b’ruħu u b’ġismu. L-aħħar biċċa xogħol li qed jagħtina hija l-ktieb Dies Irae, Dies Illa li jiffoka fuq il-ġrajja kiebja imma importanti tas-Sette Giugno li permezz tagħha lMaltin urew in-niket, biex ma ngħidx ir-rabja, tagħhom għall-mod u manjiera ta’ kif il-kolonjalisti Ingliżi kienu qed iġibu ruħhom mal-poplu Malti. Għalkemm forsi wieħed jista’ jargumenta li dan huwa suġġett li diġà kiseb ħafna attenzjoni, il-ktieb li

Ix-xogħol mirqum ta’ Dr Attard-Hili li issa nistgħu ngawdu u naqraw bir-reqqa kollha huwa xogħol li ġej fuq kollox minn Għawdxi għall-Għawdxin. Anke jekk is-Sette Giugno jagħmel sehem jekk inħarsu lejh bħala ġrajja nazzjonali, il-persuni involuti kienu ġejjin minn ambjenti differenti ta’ pajjiżna. Diversi Għawdxin kienu involuti fis-Sette Giungo u mhux lisem tagħhom ilkoll huwa familjari magħna; il-ktieb tal-awtur tagħna jwassalna biex insiru familjari maddettalji li jiffurmaw il-ġrajjiet tas-7 ta’ Ġunju, li kif naqraw fil-ktieb, ma bdewx u ntemmu dakinhar, imma kien ilhom ġejjin u baqgħu wkoll sejrin filġranet ta’ wara. Ma nistax ma nikkummentax dwar ir-ritratti li jagħmlu minn dan il-ktieb wieħed tassew attraenti u mlewwen. L-attenzjoni għall-preċiżjoni hija kwalità sabiħa tal-awtur; fil-fehma tiegħi, dan ixxogħol ikompli jqiegħed lil min kitbu mal-lista ta’ storiċi Għawdxin u jagħtina l-fakultà li nqisu lil Dr Attard-Hili bħala l-istoriku Xagħri per eċċellenza. Ħadd daqsu, tal-inqas fi żmienna, ma ħadem biex joħroġ fid-dawl il-ġrajjiet soċjali ta’ dan ir-raħal qadim li l-poeta taż-żgħożija u tal-istorja immortalizza darba għal dejjem permezz tal-poeżija tiegħu Il-Ġgantija t’Għawdex. Jien nirrakkomanda lil kull min għandu għal qalbu għeruq ġensna u ġrajjet Għawdex tagħna li jikseb dan il-ktieb u jaqrah minn qoxra sa qoxra u b’hekk nifhmu wkoll darba għal dejjem li l-Istorja mhux dejjem jagħmluha l-ħakkiema imma tagħti wkoll lok lill-maħkuma biex isemmgħu leħenhom anke jekk dan b’xorti ħażina jkun jirrikjedi l-vjolenza jew ittixrid tad-demm f’dinja li tagħmel sew tagħti vuċi liċċkejken u tisma’ lil min mhux parti mill-klassi l-għolja li se nsibuha dejjem magħna anke f’soċjetà li xxandar b’fervur il-fraternità u l-ugwaljanza. Kull min jixtieq jakkwista kopja tal-ktieb għandu jirrikorri għand il-Kunsill Lokali tax-Xagħra xaghra.lc@gov.mt.

29


CORONAVIRUS

Their dance invoking memories. warm days under African Sun, when life was free, when meadows were green and she walked with other women. Before the war, before the blood.

Neffaħ rasu wisq il-Bniedem għax sar għandu tant ħiliet, għaliex wettaq tant kisbiet. Inkuruna lilu nnifsu bħala alla b’rajh f’idejh, alla awto-suffiċjenti. alla kbir, omnipotenti. sod u qawwi daqs l-azzar.

Every now and then I hear waves become harder and harder. The dream drowns, the new land disappears. No help, only cries. I no longer see the woman who escaped war but did not find her dream. I cry for her. Every now and then I see boats coming into shore. But there is nothing more to say. Absolutley.

Għola ’l fuq mill-Kmandamenti mingħalih jaf wisq aħjar. Ħassu ċert li f’kull problema soluzzjoni għandu lesta...

MARY ANN ZAMMIT

Imma VIRUS inviżibbli fis urieh li mhux kredibbli, mhux azzar ’mma kartapesta.

IL-WIŻGĦA, JIEN U L-...

Ġagħlu jinżel għarkubbtejh u kien pront rabatlu jdejh.

Fejn mort wiżgħa ċkejkna? Sa ftit ilu kont toħroġ tittawwalli minn bejn il-ħajt tas-sejjieħ. Jew inkella biex tinkini, tistaħbili wara xi pala tal-bajtar u toqgħod tidħaq bija, irqiq, irqiq.

Minn fuq rasu ħa l-kuruna w għal kull min fid-dinja jterraq – abjad, iswed, aħmar, blu – il-kuruna xeddha HU! CARMEL G. CAUCHI I CRY WITH THE SEA Every now and then. I hear voices from the waves. The voice is the messenger of the sea. Still a dynasty, unkown to men. It still carries vessels, ships and people. Every now and then I see a young woman. Travelling on boat with others. In a sea which fulfills her hopes. Sealed in a world of fantasy, Of Atlantean memories. Every now and then I see her looking down at the waves

Fejn mort issa wiżgħa ċkejkna? Illum flok il-ħajt tas-sejjieħ hawn mostru tal-konkrit jgħatti x-xemx b’rasu kbira u kważi jgħaffeġ fuq l-aħħar żewġ bajtriet. Warajh għandu lil ħuh il-krejn u lil zitu l-gaffa, mgħannqin flimkien jiddominaw l-orizzont. Fejn mort wiżgħa ċkejkna? Tgħidlix li għaffġitek iz-zija? Tgħidlix li kissrulek dahrek u keċċewk minn dan is-santwarju ta’ sliem? Jew forsi ġie xi għasfur u tajrek miegħu lejn post aktar hieni u kwiet? BUM BUM BUM BUM ... (sħaba bajda u griża fissetaħ) X’waħda din, x’ġara? Dak mhux ħoss ta’ sparatura ta’ kaċċatur qalbien?

30


Dak mhux ħafna ċomb u rix itir?

L-argużin ifaqqa’ d-daqqiet fuq daharna; u aħna nkomplu b’qadfa wara l-oħra.

Sibtek wiżgħa ċkejkna! Imma milli jidher tard wisq! Din il-gżira għamiet bit-tlellix dehbien tal-progress u qed tibqa’ ma tindunax li l-akbar teżor hija int, wiżgħa ċkejkna, li flimkien mal-insetti, l-annimali u l-fawna naturali togħnu lil dan il-pajjiż bi sbuħija unika u parikolari. Insellimlek għażiża wiżgħa ċkejkna, grazzi tal-ħbiberija tiegħek u jekk jogħġbok aħfirli li ma salvajtekx. Aħfrilna li qed nagħżlu monstru tal-konkrit flok lilek, fuq kollox aħfrilna li qed inħallu r-regħba materjali ta’ ħaddieħor, ittapnilna l-vista, moħħna, qalbna u t-tama li Malta, xi darba, terġa’ tħaddar mill-ġdid. KAREN MAMO

Żorri kollha t-tobba bl-ilbies protettiv: jagħżlulna maskra li toqgħod pinġuta; ħadd ma jfieq – min imut jixħtuh il-baħar. Il-kaptan iqaħqaħ, bid-deni tiela’. Tqil wisq il-piż tal-maskra li għażlulu. Warajh biex jieħu t-tmun il-kaptan l-ieħor. L-ebda maskra ma teħlisna mill-vajrus, għad li l-maskri jinbidlu waħda f’waħda. Wiċċna jgħix minn dak li jerda’ mill-maskra, u l-maskra sa minn dejjem tiekol wiċċna. Inutli li jżommuna kwarantina. Kif jitlaq dan il-vajrus jiġi ieħor. U t-tilqim li jridu jtuna suspettuż bħall-kaptan tal-ekwipaġġ li jmexxina. CARMEL SCICLUNA

GĦAD-DISKRIMINAZZJONI (2) jikluni jdejja quddiem il-mara emblema f’ras id-daħla tal-qorti biex inħollilha l-għamad minn ma’ għajnejha u ma nħallix f’qagħda aktar surreali liż-żewġ kefef ‘ibbilanċjati’ tal-miżien imwieżna f’idha mejjet kieku nista’ biex ngħolli l-volum tal-iddiskriminati jokorbu fl-għeluq ta’ ġewwa fihom noħorġu minn darhom bit-tama li jilħaq lin-nies aljenata iddisprata fit-toroq fgata forsi l-mara emblema tisimgħu hija wkoll u tneħħi l-għamad minn m’għajnejha waħedha MARIO ATTARD KOVID-DSATAX Nisogħlu w naqdfu flimkien bħall-imġienen skjavi fuq l-istess mirkeb f’mewġ imqalleb. Kiefer il-vjaġġ u ma nafux fejn sejrin; sal-lum għadna ma nafux fejn se naslu – imqar jekk ninħelsu mill-Kovid-dsatax, u jekk imħejjija għall-Kovid-għoxrin.

PANDEMIJA Mulejja x’tista’ tagħmel dan aħna ma nafuhx, u lanqas għaliex twettqu, għemilek ma nifhmux. U leħħa waħda kbira, u r-ragħda sa rbumbjat, il-eku tagħha wasal lejn l-ibgħad truf, naħat. U l-ġnus baqgħu mistagħġba, inħasdu minnufih, u beżgħu minn qawwietek il-korla ta’ dar-riħ. U d-dinja waqfet ħesrem mifnija kollha piena, tistenna biss mingħandek il-maħfra, u ftit ħniena. CHARLES BEZZINA

31


IDĦOL F’ĦALQI

cercando un respiro, un sussurro, una carezza, un bacio, cercando te.

Ħalqi bokka t’għar it-tlissin teżor idħol irbombja doqq il-qanpiena tal-ħruġ tal-vara titulari, iżfen fuq ilsieni sakemm jordnalek toħroġ bil-banda.

KAREN MAMO QUANDO NON MI RIFLETTI PIÙ

GABRIEL LIA L-ART LI MA NIXTIEQX NARA (Wara l-qtil brutali tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia) Ħlomt b’ħaddiema hienja jgħannu għalenija fuq twapet ta’ ward aħmar u l-irtuba tal-ħamrija li saret tagħhom ilkoll iħarsu lejn xemx sħuna fuq kulħadd indaqs. Qomt bi splużjoni li ħasdet pajjiż u nara Torri tal-avorju u l-aħmar tad-demm fuq il-konkrit.

È quando tu non mi rifletti più che noi non possiamo stare insieme. O forse, ecco perché, non ci siamo mai incontrati. Facevo tutti quei scherzi, perché volevo cambiare marcia. Ma vedi? Purtroppo nienete è cambiato. Si può morire anche perché la vita non ha più senso. Ma io devo prenderti con il bagaglio che porti, anche se le tue valigge diventano spesso pesanti. Quando camminavamo insieme avevo l’impressione che tutto è stato inutile, e che anche quando mi applaudivano tutto sembrava meno chiaro. Saresti diventata anche bella come gli altri fino a quando io ti volevo. ALFRED GRECH FL-GĦADIRA

Din hi l-art li ma nixtieqx nara. Noħlom li mix-xquq fil-konkrit għad jikber il-ward. OMAR SEGUNA BOLLICINE LONTANE Bevendo questo Spritzoso roseo sento il dolce passato tramutarsi in un amaro risveglio. Le bollicine che così ben’ ci univano, ora mi fanno agitare, ora mi fanno sbandare. E, come fossi un aquilone orfano di patria e perso nel nulla infinito, svolazzo e vago in questo reo tempo,

Il-ġilda għerja ta’ iġsma mitluqin fuq ramel jikwi taraha tibdillek lewnha taħt bewset ix-xemx mixħuta minn sema bla sħab. Iż-żiffa nebbiexa qed tonfoħ is-sħana madwari, jitbandlu l-ilwien fuq l-umbrelel, jitħaffer ir-ramel fil-logħob ta’ tfal żgħar li jgħaqqdu leħinhom ferrieħi mal-għanja melliesa tal-baħar. Tasalli stedina għal nagħsa ħalliema, ’mma l-ġmiel ta’ dil-bajja iżommli għajnejja mberrqin. Jiżżeffnu bil-ħlewwa, sitt dgħajjes marbutin mal-bagi; iżiġġu lejn xefaq kaħlani, żewġ dgħajjes tal-qlugħ. U ħarsti ftit mgħammxa tintrafa’ lejn l-għolja fejn jgħasses santwarju ta’ Ommna Marija. U ħsiebi jintrafa’ ’l fuq lejn is-sema,

32


lejn Xemx li le tgħammex, il-Għajn ta’ kull ġmiel. JOHN MALLIA

u bħal pulċinell tintebaħ li ħadd ma gezzez il-ħatab u lanqas xegħel il-fjamma. ANDREW SCIBERRAS (minn L-Aħħar Battuti, 2020)

ORYCTOLAGUS CUNICULUS Lill-poeta Immanuel Mifsud

KUNSENTURI Il-klandestin tfajnieh bil-fies ikisser il-bankina. Ma kisser xejn mid-dar li qed nistagħdru fiha. Kull m’għamel ħaffer madwar il-pedamenti u qatagħha minn ġewwa: taħt wiċċ it-triq kollox jgħum fid-drenaġġ. U mbagħad tħassarna ’l-klandestin, tfajnieh fuq ajruplan u bgħatnieh lura lejn daru. U aħna bqajna hawn f’did-dar, nikkontemplaw il-kunsenturi.

Mix-Xlokk jonfoħ illejla. Siekta x-xagħra, u t-trab ħamrani jqarmeċ taħt saqajja. Liebru kurjuż jissajja bl-akbar ħrara minn bejtitu, b’għajnejh fanali ħajja. Tibżax, poeta jien, mhux se nispara. Prezzjuż int, sieħbi, fost il-ħbieb bil-qtajja’. Filwaqt li nogħtor fuq din l-art muxgħara int ġmielek tlebbet bħall-irjieħ midgħija.

MARIO CARDONA (minn Fuq Kaxxa tal-Birra Rasha’L Isfel, Horizons, 2019)

TANT TKUN TĦOBB... Tant tkun tħobb li qalbek tħabbat sitta sitta, donnok l-ewwel darba tieħu kull nifs, u li tista’ ssaħħan ruħek ħdejn nar t’għajnejn għeżież.

Għelibt u qgħadt għal-liġi tan-natura. L-art ħabbitek. L-art lili trid tiblagħni. Kwart ta’ rukkell il-qamar jerħi l-ħmura għad jittradik. Ifaqqa’ għad tir u r-riħa ta’ demmek mal-ħamrija nxomm. Beżgħani f’għajnejk maqluba l-mewt naraha rebbieħa.

Tant tkun tħobb li lest li tagħti ħajtek għall-minuta biss ta’ hena u minkejja l-maltempati kollha xorta waħda tittama u tistenna. Biex kull ħarsa donnha tkun rivelazzjoni u kull bewsa qisha rigal ta’ Alla. B’messa waħda biss ta’ xagħrek tħeġġeġ f’qalb il-fjamma tal-passjoni. LOUIS BRIFFA

(minn Bil-Boqxiex, 2018)

WAQT ASSURD Hemm żewġ estremitajiet. U hemm dak il-waqt assurd meta bħal San Lawrenz jixwuk fuq gradilja sakemm issir faħma

Ix-xewqat bla tarf isiru realtà, tant tkun tħoss imħabba hienja. U kuljum qed tirrepeti bħal kliem imsaħħar: “Nirringrazzjak talli teżisti f’din id-dinja...” BORIS PASTERNAK (minn Antoloġija tal-Poeżija Russa XIX-XX, ta’ Yana Psaila, 2020)

33


WORKING WOMAN I work day and night, especially at night. Yesterday the dreams came back repeating his name in my pulse. My autistic son complained: "It is all gone! Everybody is gone! First my sisters, then my father. Then came my stepfather with his old tobacco breath, his scars of psychological shadows, and his fears..." For some time I had a husband and in the afternoons my children laughing while I worked happily... Not today. I have lost both, my job and my husband. My son cleans the ivy from a dark tombstone and I see the name of a sad poet banished from this earthly paradise. I bury his memory this time in the flesh of my breast. TERESINKA PEREIRA L-Istati Uniti BUY A FLOWER Buy a flower, flower Olden times, buy the flower of yearning A red dahilia, a white sarubia The rose hides its heart in its leaves A full perfume in the fragrance of carnation Buy a flower, flower A flower of a simple hearted girl,

Buy the flower of yearning In the face of an old person. His son and grandson are growing Stunning stories that he never wants to hide A red flower that binds his heart. HAN-YI BAEK Il-Korea t’Isfel PASSI TERRA - I miei piedi feriti Su roccia viva uno dopo l’altro passi stonati sanguinano da un vecchio vinile graffiato ACQUA - I miei piedi prigionieri Lunghe alghe dagli abissi avviluppano le gambe Mi dimeno e invano tendo le braccia a stelle altere ARIA - I miei piedi non trovano terra Piuma al vento nel silenzio denso di vuoto Il mio grido non ha eco FUOCO - I miei piedi in fiamme Ad ogni passo odore di braci roventi dolore di baci estinti Ardo PASSI - I miei piedi Non cammino su molle prato o su cedevole sabbia I miei piedi non lasciano impronte Io sono ETERE

Buy the flower of yearning A beautiful face like flower Become stained with wrinkles. A tender skin is hardened like iron. A perfume of flower

ELIANA STENDARDO L-Italja

Buy a flower, flower

34


STĦAJJILTNI MALTI TA’ ĠEWWA MEMORJI TA’ TUNEŻ ta’ Ġużè Cutayar, Malta University Press, 2009

FUQ KAXXA TAL-BIRRA RASHA ’L ISFEL POEŻIJI ta’ Mario Cardona, Horizons, 2019

Fid-Daħla Gużè Cutayar jistqarr li xtaq jitwieled u jgħix Malta, imma twieled Tuneż u għex fi bnadi oħra; li xtaq jgħix ħajja ta’ qassis u ta’ miżżewweġ u għexhom wara xulxin. Dan hu ktieb li jieħu l-forma ta’ ħarsa lura li tfassal ġrajja fil-bini tagħha u ġrajja mhux biss ta’ bniedem waħdu, iżda wkoll talkomunità li fiha għex u trabba l-awtur, li jistqarr ukoll li I-Kelma Maltija għandha seħer fuqu u tnebbaħ fih il-lehma għall-kitba. Naqraw ix-xhieda ta’ nies oħra li flimkien mal-awtur intrabtu bi storja waħda, biex kemm jista’ jkun tingħata dehra usa’ lil ħajtu fir-rabtiet tagħha mal-komunità Maltija tatTuneżija u mal-komunità Franċiża. Il-ktieb itul mal250 paġna, jitqassam f’għaxar taqsimiet ewlenin, b’Daħla mill-pinna tal-Prof. Oliver Friggieri, biblijografija u numru ta’ ritratti b/w meħudin f’Tuneż. Ktieb bħal dan ifakkarna li hemm Maltin li ilhom jgħixu barra minn xtutna għal snin twal, imma r-rabta tagħhom mal-gżejjer Maltin baqgħet sħiħa.

L-ilħna fil-qasam tal-Poeżija Maltija dejjem jiżdiedu, jew għallinqas, dejjem qed joħorġu iktar għad-dawl bis-saħħa ta’ pubblikaturi kuraġġużi u ta’ inizjattiva. U l-poeżija tajba hija dik li tispiċċa ġġorr miegħek kull fejn tmur. Dan hu ktejjeb li wieħed jista’ faċilment iġorru f’butu u jaqra minnu kull meta jsib mument ħieles. Jifrex fuq 74 paġna, u għandu Daħla mill-Prof. Adrian Grima bl-isem ta’ “Il-Ħemda tal-Ġlata.” Jiġbor fih 36 poeżija mill-pinna ta’ Mario Cardona, miktubin fil-parti l-kbira bil-vers ħieles. Kif jikteb Grima fiddaħla, il-poeta hawn jikteb dwar il-mewt, id-dillirju tal-ħajja, it-tfulija, il-pajsaġġ naturali, ir-rabja quddiem l-inġustizzja, l-emarġinazzjoni, il-pompa talpoter, u l-ineffabilità tal-imħabba. Il-kelma li jħaddem Cardona għandha mill-Malti safi bla ħafna xinxilli, imma anki mill-Malti li mexa maż-żmien biex adatta ruħu għall-ħajja moderna li drajna ngħixu, mgħobbija b’kull tip ta’ aġġeġġ teknoloġiku li spiċċa fissidna u ħassarna fl-istess ħin. Huma poeżiji li jistidnuk taqrahom iktar minn darba.

35


IR-RIVISTA “KNISJA ELFEJN”, GĦADD 131 u 132, Pubblikazzjoni Dumnikani Il-Knisja f’Malta ilha tikkontribwixxi fil-qasam tattagħlim u tal-kultura permezz tal-publikazzjonijiet tagħha għal żmien twil. Pubblikazzjoni minn dawn hija “Knisja Elfejn” li hija rivista ta’ formazzjoni teoloġika li tittratta temi ta’ duttrina biblika, dommatika, morali u xjenzi umani, toħroġ kull tliet xhur, u llum waslet fit-XXXII sena ta’ pubblikazzjoni tagħha. Toħroġ direttament mill-Kunvent talPatrijiet Dumnikani fir-Rabat u l-editur huwa Fr. Raymond Gatt OP. Għadd numru 131 huwa intitolat “L-għajta ta’ Ommna l-Art.” Fl-Editorjal Fr Raymond Gatt OP jinsisti li, “Quddiem din is-sitwazzjon klimatika xejn sabiħa, trid tkompli ssir riflessjoni xjentifika u serja tal-qagħda dinjija li ninsabu fiha u bil-kuraġġ iridu jittieħdu miżuri minn kull stat tad-dinja ħalli listampa ma tkomplix titgħarraq iktar milli hi.” Ilkontributuri huma disa’: Prof. Paul J. Pace jistaqsi dwar x’inhu t-tibdil tal-klima; Fr Justin Schembri OP jistaqsi, “Should we remember our Creator or is

everything hebel hebelim?”; Niki Young jikteb dwar “Is-Salvazzjoni ta’ Ommna n-Natura u t-twaħħid magħha”; Dr Eliża Borġ Rizzo tikteb dwar “Ir-realtà tat-tisħin tal-klima globali minn perspettivi legali”; Dr Ċensu Caruana hu l-awtur ta’ “New ‘Old’ Challenges”, u Dr Mark A. Sammut dwar “Ilproblematika ta’ Greta Thunberg.” Artiklu ieħor hu ta’ Dr Michael Galea bl-isem ta’ “Il-psikoloġija dwar it-tibdil klimatiku”, filwaqt li Michael Grech jikteb dwar “Il-limiti u l-possibiltajiet tal-militanza favur lambjent, is-siġar u l-kampanja f’pajjiżna.” Fr Ivan Attard OP jikteb dwar “Il-ħarsien tal-ambjent”, filwaqt li dan il-volum jagħlaq b’“Messaġġ għallgħożża tal-Ħolqien” mill-pinna ta’ Papa Franġisku, maqlub mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard. Għadd numru 132 huwa ddedikat lill-avveniment storiku nazzjonali tas-Sette Giugno li s-sena l-oħra fakkar il-mitt sena. Dan il-volum hu intitolat “Il-Knisja u s-Sette Giugno.” Fl-Editorjal Fr Raymond Gatt jislet kliem importanti mid-diskors tal-Ispeaker talParlament Malti Dr Anġlu Farrugia: “Dan kollu għandna nibqgħu nfakkruh sabiex aħna, li

36


fortunatament ma għexniex dawk iż-żminijiet diffiċli, nagħrfu li d-drittijiet li ngawdu minnhom illum ma kinux ikunu possibbli mingħajr it-tbatija ta’ dawk kollha li ġew qabilna, u għalhekk huma drittijiet li għandhom jibqgħu jiġu mħarsa bid-dehen u r-rispett mistħoqq.” Wieħed jistaqsi hawn, kemm minna llum għadu jinteressa ruħu minn dak kollu li għaddew minnu missirijietna? Dan il-volum jiġbor fih sitt kontribuzzjonijiet. André P. De Battista jikteb dwar “Ir-Reliġjon u d-Dinja ta’ wara l-Gwerra l-Kbira: Ilkuntest Politiko-Reliġjuż tas-sehem tal-Knisja fis’Sette Giugno’”; Fr Tony Sciberras MSSP hu l-awtur ta’ “Ġużeppi De Piro: strument ta’ paċi u ħaddiem tal-ġustizzja fil-ġrajjiet tas-Sette Giugno”; filwaqt li Mario Xuereb jikteb dwar figura ekkleżjastika oħra, “Dun Enrico Dandria u s-sehem tal-moderati fisSette Giugno.” Vincent Galea hu l-awtur ta’ “Mons. Angelo Portelli u l-ġrajjiet tas-Sette Giugno 1919”, filwaqt li Fr Paul Gatt OP jikteb dwar “L-irvellijiet tasSette Giugno 1919 kif rakkuntati minn P. Markolin Mercieca OP”. L-aħħar kontribut hu tal-Istoriku Dr Simon Mercieca, bl-isem ta’ “The Sette Giugno and the Catholic Faithful: Giuseppe Serafino Cutajar and other Cutajar Families’ Story.” Interessanti hija wkoll l-aħħar parti fejn jiġu inklużi ritratt ta’ sunett - “Ai gloriosi caduti del 7 Giugno, 1919” - li nkiteb f’Mejju tal-1955 f’ġieħ il-vittmi tas-Sette Giugno, sunett ta’ Giuseppe Serafino Cutajar - “Sulla tomba di Enrico Mizzi” - li nkiteb f’ġieħ Enrico Mizzi fl-1950, u poeżija tal-istess Serafino Cutajar - “Estremo saluto a sua santità Pio XII” -, iddedikata lill-Papa Piju XII miktuba f’Ottubru tal-1958. Fl-istess volum huma inklużi ritratti oħra tal-personaġġi ekkleżjastiċi ttrattati, tabelli u anki ritratt tal-ewwel paġna tad-dokument bir-rakkont tal-Ġrajjiet tas-Sette Giugno mill-pinna ta’ Dun Enrico Dandria, li jinsab fl-Arkivji Nazzjonali. “Knisja Elfejn” hi inizjattiva ta’ tagħlim Nisrani għassoċjetà Maltija li bdiet fl-1988. Hija enċiklopedija ta’ tagħlim Nisrani magħmula minn volumi li kull darba jittrattaw suġġett ta’ morali, fidi u kwistjonijiet soċjali li jfeġġu fis-soċjetà Maltija. Abbonament ta’ sena jiswa 12-il ewro, ta’ tliet snin 26 ewro, u min jixtieq edizzjonijiet tal-passat jista’ jakkwistahom b’2.50 ewro l-wieħed. L-indirizz hu: Provinċja Dumnikana Maltija, Kunvent Patrijiet Dumnikani, Misraħ San Duminku, Rabat RBT 2521.

ANTOLOĠIJA TAL-POEŻIJA RUSSA XIXXX. Traduzzjoni u edizzjoni ta’ Yana Psaila, 2020 F’dan il-ktieb li jifrex fuq 105 paġna Yana Psaila tagħtina tagħrif bijografiku u poeżiji tradotti mirRussu għall-Malti ta’ 15-il poeta Russu li għexu fissekli 19 u 20 u jintrabtu ma’ tliet eri differenti: l-Età tad-Deheb tal-Poeżija Russa (Pushkin, Lermontov, Vyazemsky, Tyutchev, Fet); l-Età tal-Fidda (Blok, Bely, Gumilev, Severyanin, Pasternak); il-poeti tasSnin Sittin (Yevtushenko, Akhmadulina, Matveeva, Vysotsky, Rubtsov). Il-ktieb għandu wkoll Prefazzjoni mill-ambaxxatur Russu għal Malta, l-Eċċellenza Vladimir Malygin, daħla ta’ Trevor Żahra, “Twieqi fuq l-Univers”, nota introduttiva mit-traduttriċi, u flaħħar parti, intitolata “Poeżija fil-Kanzunetta”, Psaila tagħtina traduzzjonijiet ta’ kanzunetti marbutin mattema tal-gwerra miktubin minn poeti bħal Alexey Surkov, Alexej Fatyanov, Vladimir Vysotsky, u Yevgeny Yevtushenko. Xogħol bħal dan hu mill-isbaħ u utilissimu għal min iħobb il-poeżija internazzjonali u jixtieq isir jaf aħjar numru ta’ poeti Russi u xogħlijiethom bis-saħħa tal-ilsien Malti.

37


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.