Il-Partit “Laburista” Tilef Ruħu!

August 15, 2016 3 comments
Partit ta' Gasan

Il-Partit Laburista sar il-Partit ta’ Gasan!

Qabel kulħadd jibda jgħajjar. Il-paġna tal-Mazzun dejjem kienet paġna favur il-Partit Laburista. Ibbakkjajna l-partit fil-ġlieda tad-divorzju, biex il-gays u t-transseswali jingħataw id-drittijiet tagħhom u fl-elezzjoni biex neħilsu minn wieħed mill-aktar gvernijiet korrotti u falluti li qatt kellha Malta.

Pero, aħna ma nilgħaqu lil ħadd u ngħiduha kif inhi. Il-PL tilef ruħu u mhux imbilli noqgħodu nagħmlu t-tejatrini fuq il-qabar ta’ Mintoff. Aħjar ngħidu x’kien jagħmel kieku Mintoff baqa’ ħaj u qed jara kif il-partit tiegħu ġie żarmat minn dak kollu li kien jagħmlu partit tal-ħaddiem; partit li fuq quddiem dejjem poġġa lill-fqir, lill-batut u lill-emarġinat. Partit li ġġieled bis-sħiħ lil ħnieżer li aktar ma jkollhom aktar iridu u l-qliegħ jagħmluh billi jeqirdu l-isbaħ partijiet tal-pajjiż u jirfsu fuq id-drittijiet tal-ħaddiema.

Read more…

Lokijiet Laburisti jew Malta tal-Mickey Mouse!

August 1, 2016 3 comments
flushing toilet

Il-PL se jlaħħaq kap tal-PBS bniedem li kien jgħajjar lil-Laburisti lokijiet jiffluxxjaw!

Dawn huma t-tip ta’ nies li mtela’ bihom il-PL – partit li sar mimli opportunisti li kulħadd jaf min huma u li kulħadd irrabbja meta l-Prim Ministru, daħħalhom fil-partit u minħabba wegħdi li għamel magħhom minn wara dahar kulħadd, tahom perkaċi aqwa mill-aqwa Laburist li kien ħaqqu ferm aktar minnhom.

Read more…

BREXIT WASAL!

June 26, 2016 Leave a comment
Brexit-Grexit-EU-Cartoon

Min jaf forsi r-Renju Unit tagħmel suċċess barra mill-Ewropa u jitħajru oħrajn li jagħmlu bħalha.

 

Il-jedd tar-referendum huwa wieħed bażiku fl-UE u għalhekk għalxejn joqgħodu jeqirdu dawk il-ħafna psewdo-demokratiċi li jaqbżu meta referendum ma jmurx skond kif iriduh huma. Bħala bniedem li dejjem appoġġjajt l-UE għal diversi raġuni, ma nistax ma nkunx inkwetat fuq id-deċiżjoni ta’ l-Ingliżi; iżda l-poplu tkellem u d-dritt tiegħu jrid jiġi rispettat.

Read more…

L-Akbar Ipokrita fil-Pajjiż!

June 22, 2016 Leave a comment

labour_political_ad_simon_busuttilSimon Busuttil bħala mexxej qatt ma jista’ jiġi emmnut. Kien l-agħar għażla li setgħu jagħmlu n-Nazzjonalisti meta għażluh kap tal-partit u għalhekk qatt ma jista’ jirbaħ il-popolarita’ ta’ Joseph Muscat.

Bla dubju dan il-mexxej ta’ Partit Fallut huwa l-akbar ipokrita li hawn fil-pajjiż. Bniedem li jrid jippoża li hu xi xempju tal-governanza tajba meta r-riħa li għandu ħierġa minn taħt idejh tinten pesta. 

Read more…

Alfred Mifsud – opportunist prim ieħor?

June 20, 2016 1 comment
Mifsud

Lanqas Dr. Scicluna mhu jaqbel mal-kariga ta’ Mifsud  bħala l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali

 

Aħna tal-Mazzun ivvotajna u dejjem appoġġjajna lill-PL għaliex il-PN qażżuna sal-ponta ta’ mneħirna bl-arja, prepotenza, korruzzjoni u nepotiżmu li wrew matul it-tmexxija tagħhom. Dawn saru insapportabbli fl-aħħar ħames b’Gonzi juri kemm hu mexxej dgħajjef u kemm tilef il-kontroll ta’ ministri bħall-Austin Gatt u Tonio Fenech, u Richard Cachia Caruana li prattikament kien imexxi il-partit minn wara l-kwinti.

Għalhekk ma rridux li l-PL jaqa’ fl-istess nassa tal-PN, u meta kellu kwistjonijiet li ma qbilniex magħhom bħal ta’ Konrad Mizzi u Joe Bannister aħna m’għamilniex bħal dawk li huma totalment mogħmija bil-partit u skużajnieħ. Aħna ikkritikajna u nkomplu nikkritikaw għax iridu li l-PL jerġa jitla’. Għalhekk nibqgħu nsostnu li l-involviment ta’ Konrad Mizzi fit-trusts tal-Panama u r-renju ta’ Bannister fl-MFSA li milli jidher ħadd ma jista’ għalih qed jagħmlu ħsara lill-partit.

Agħar minn hekk, hija l-ħsara li dawn qed jagħmlu lill-industrija mportanti tas-servizzi finanzarji li tirrikjedi mmaniġġjar strett u ‘l bogħod mill-inqas diċerija ta’ korruzzjoni fiskali. 

Sfortunatament, jidher ċar li Joseph Muscat lest li jkompli jsawwat lil din l-industrija bl-għażla ta’ Alfred Mifsud bħala l-gvernatur tal-Bank Ċentrali.  Read more…

1%

June 4, 2016 1 comment

Survey

Il-figura ta’ 1% hija l-persentaġġ ta’ kemm bħalissa l-PL qiegħed jgħaddi bil-votanti lill-PN skond il-gażżetta Maltatoday li fl-aħħar elezzjoni qattgħet li l-PL kien se jirbaħ l-elezzjoni b’12% jew 36 000 vot.

Jekk nirriduċuha għall-voti, dan il-1% jissarraf fil-figura ta’ 3 000 vot!

Mela tlett snin wara l-maġġoranza Laburista naqset minn 36 000 għal 3 000 vot!

Minbarra dan, 10% ta’ votanti Laburisti qed jgħidu li mhux se jivvota fl-elezzjoni li jmiss. 

Huwa minnu li l-gvern jinsab f’nofs il-leġislatura u huwa minnu wkoll li aktar minn 30% qalu li huma ndeċiżi lil min se jivvotaw, iżda bl-affarijiet li wettaq il-gvern Laburista kont nistenna li jżomm maġġoranza akbar.

Allura x’għamel ħażin?

Read more…

The Untouchables

May 29, 2016 1 comment
Avukati

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonniċi mdawwar b’skoss ilpup Nazzjonalisti fosthom Ġorġ Hyzler li kien Ministru Nazzjonalist

Imma kemm jitkaża tal-PN!

Tkażaw għax Glenn Bedingfield qal il-fatti – li l-Imħallef Schembri Orland kienet ħarġet mal-PN darbtejn u ma telgħatx. Qal li din tant żewġ siġġijiet lill-PN wara li l-Kummissjoni Elettorali magħżula minn Lawrence Gonzi u l-PN għamlu żball, u biex iż-żball jiġi rranġat, l-Imħallef Schembri Orland tat żewġ siġġijiet lill-PN u ħolqot inġustizzja akbar għaliex in-numru ta’ voti li ġab il-PL ma jirriflettix in-numru ta’ siġġijiet li ngħataw.

U ppretendew li l-PL ma jappellax meta biex issir il-ġustizzja magħhom saret inġustizzja akbar mal-PL.

U x’ħarġu jgħidu dawk iċ-ċorma Nazzjonalisti ndannati tal-Kamra ta’ l-Avukati li issa nqattgħatilhom iż-żejża u għandhom xeba’ ħdura akbar kontra l-PL?

Ħarġu jgħidu li Glenn Bedingfield ma’ missux ikkritika l-imħallef.

Read more…

Tal-Mistħija!

May 28, 2016 2 comments
Bulldozer

IL-PL SAR PARTIT TAL-KUNTRATTURI U JINJORA L-WEĠGĦA TAĊ-ĊITTADINI?

Vera li l-għajta l-ġdida tal-Partit Laburista hija “Pro-business” minflok “Partit tal-Ħaddiem”, iżda qatt ma kont nistenna li taħt dan il-gvern jiġi ġġustifikat il-qirda ta’ parti mill-propjeta’ ta’ ċittadin għaliex kollox sar “skond il-liġi”. 

Dan ifisser li bqajna l-istess kif konna taħt in-Nazzjonalisti jew morna għall-agħar bil-kuntratturi jikkapparaw kullimkien, jagħmlu li jridu, jkissru, jisturbjaw u jniġġzu mingħajr ħadd ma jista’ jkellimhom għax permezz tal-MEPA jew issa, il-PA l-liġi saret kumpletament favurihom.

Read more…

Konrad – Problema u Soluzzjoni?

May 22, 2016 1 comment
Mizzi miskin

Mizzi għandu raġun jidher inkwetat. Qed jagħmel ħafna ħsara lill-partit!

Hemm żewġ raġunijiet għalfejn Konrad Mizzi jibqa’ jiġi attakat bl-aħrax mill-egħdewwa tal-PL.

L-ewwel waħda hija għas-sempliċiment ir-raġel huwa ministru effettiv u maniġer tajjeb li daħħal ħafna bidliet importanti fil-qosma li kien jieħu ħsieb. L-egħluq ta’ dik ir-relikwa ta’ power-stejxin, l-idea l-ġdida li l-użu ta’ fjuwil aktar nafid fil-forma tal-gass tiddaħħal mill-ewwel u t-titjib fl-isptar bit-tnaqqis ta’ l-operazzjoni u ż-żieda ta’ mediċini li issa rari jkunu out-of-stock. 

It-tieni hija l-problema li ħoloq lill-Prim Ministru u lill-PL li biddel lilu nnifsu fil-pilastru tas-swat li l-egħdewwa tal-Labour iħobbu jsawtu lill-partit fuqha. Bl-aġir tiegħu li żamm lil Konrad Mizzi rnexxielu jgħaqqaf lit-Times, l-Independent, DCG u l-PN kollha kontrieh u fetħu l-kanuni u dawn il-kanuni mhux se jieqfu jisparaw jekk ma jneħħix lil Konrad Mizzi. Read more…

Categories: Opinion

BOĊĊA ĦDURA!

May 15, 2016 1 comment

bitch

Aħna tal-Mazzun għalhekk nirrabbjaw għall-PL għaliex meta dan jipprova joffri l-id tal-ħbiberija lill-PN u dawn dejjem jigmuhielu u jobzqulu fuqha. 

Tiftakru meta bagħtu lil Tonio Borġ fl-UE u ħadd ma riedu, u l-PL ħadmu għalih biex jintgħażel?

L-istess għamlu l-PN għal Toni Abela u qed jheddu li jagħmlu l-istess lil Leo Brincat!

Tifkaru meta l-PL ħadem id f’id mal-PN dwar il-gwerra li kien hemm fil-Libja?

Ħadem mal-PL f’xi ħaġa l-PN?

U  żgur li le. Anzi kienu, għadhom u jibqgħu jtellfu kemm jifilħu; u aktar ma’ l-PL jikseb suċċessi ekonomiċi, aktar se jtellfu għaliex għandhom għira bażwija li dan il-Partit ta’ l-Injoranti, pastażi u baxxi qed jagħmel suċċess aktar mill-avukati, tobba u negozjanti tagħhom.

L-għan waħdieni tan-nies li qed imexxu l-PN illum hu, li b’xi mod iwaqqgħu l-PL, ħa jerġgħu jitilgħu u parasiti bħal Ann Fenech, RCC, DCG u r-raġel tagħha, Peter Fenech, Stefano Mallia, Georg Sapiano u l-Boċċa jerġgħu jibdew jerdgħu l-mijiet t’eluf ta’ ewros waqt li l-gvern tagħhom jgħakkes lill-poplu b’kontijiet tad-dawl u l-ilma jibqgħu jogħlew u jibqgħu jħaxxnu bwiet min kien iġib il-fjuwil; b’proġetti mimlija korruzzjoni bħal ta’ Mater Dei u l-Power Stejxin ġdida li għamlu; ħalli l-ħbieb tal-ħbieb ikomplu jiffuxxnaw u jistgħanew.

Read more…

Il-Magħżulin

May 13, 2016 1 comment
JM

Enter a caption

Il-Partit Nazzjonalista ma jinbidel qatt u din hi l-akbar problema tiegħu. Jibqa’ partit elitist li jimxi wara d-duttrina ta’ DCG għaliex jaqbel magħha. Jibqa’ jinsisti li hu l-partit li għandu postu fil-gvern u li l-PL huwa l-partit li dejjem għandu jibqa’ fl-opposizzjoni. 

Hija din il-mentalita’ li mhiex trebbħu n-nies għaliex qed juri li jippretendi li l-gvern huwa tiegħu u ħadd m’għandu d-dritt jeħodulu. Il-mod kif bena awtoritajiet u entitatajiet ġodda u mliehom bin-Nazzjonalisti hija mod kif irnexxielu jżomm duffrejh mal-governanza tal-pajjiż billi jimina lill-gvern tal-ġurnata li huwa l-PL.

Read more…

Aħna Mzazen?

May 4, 2016 2 comments

gullible

Kulħadd jitnejjek bina!

Min għalihom li kulħadd mazzun u jibla’ kollox.

Minn naħa għandna lil Simon Busuttil b’żewġ deputati mexxejja mċappsin bil-korruzzjoni ferm agħar minn Konrad Mizzi, li jrid ibellgħaħielna li Beppe bena l-Palazz mingħajr l-għajnuna ta’ missieru u l-partit; u lil Demarco li ħaseb li n-nies kollha boloħ u li se jemmnuħ li ma’ ħasibx li għandu jħallas lil Sladden wara 7 snin għax-xogħolijiet fuq daru ma kienux għadhom lesti. 

Mhux ta’ b’xejn li Xmun m’għandux ċans jirbaħ l-elezzjoni li ġejja. Qabel l-elezzjoni ħareġ b’skoss ħmerijiet bħal tal-bailout u biex in-nies jiddiskutu l-politiku għand il-growser; u issa jrid ibellgħaħilna li Mario Demarco kien se jħallas lil Sladden qisu mhux kulħadd jaf li ħallsu biex ma jinqabadx li dak ried jagħtih rigal. Read more…

X’POTER GĦANDU BANNISTER?

May 2, 2016 1 comment

BannisterIl-Professur Bannister qisu wirdiena. Jiġri x’jiġri jibqa’ mwaħħal mal-poter u ħadd m’għandu l-bajd li jneħħieħ mill-Kap tal-Malta Financial Services Authority. 

Hija tassew stramba li wara li qala’ kritika kbira qabel l-elezzjoni għal diversi deċiżjonijiet jew nuqqas ta’ deċiżjonijiet li ħa f’rigward l-operata tal-Bank BOV mill-Partit Laburista, waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li ħa l-Prim Ministru kienet li jġeddidlu l-kuntratt għall-ħames snin bħala l-Kap tal-MFSA li f’dan iż-żmien Bannister se jaqla’ xejn anqas minn 400 000 ewro!

Read more…

KONRAD MIZZI MA JĦOBBUX IL-PARTIT!

May 1, 2016 3 comments

Konrad Joseph

FL-opinjoni tiegħi ta’ Konrad Mizzi kienet waħda posittiva ħafna. Kien jolqotni bħala bniedem teknokratiku, jaf xogħolu u jaf is-sengħa ta’ l-immaniġġjar speċjalment fix-xogħol li speċjaliżża fih, il-qasam ta’ l-enerġija.

Għalhekk qatt ma kont nistenna li kien se jibqa’ kkakkmat mal-poter u minkejja li hu stess ammetta li kien żball li fetaħ kont fil-Panama, qatt ma offra r-riżenja tiegħu minn Ministru.

Dan wassal biex poġġa lill-Prim Ministru f’diffikulta kbira għax waqgħet fuqu l-għażla x’jagħmel b’Konrad. Iżda jekk dan kien egoist biżżejjed li jibqa’ ministru, il-Prim ma missux dam daqshekk biex iġiegħlu jitlaq. Minn naħa l-oħra, Mizzi kien joħroġ ta’ raġel kieku ta’ r-riżenja ma’ l-ewwel ġurnata li ħarġet l-aħbar dwar il-kont fil-Panama. Kieku sal-lum, żgur li reġa daħal fil-kabinett ta’ Muscat.

Read more…

Mr. Bailout!

March 26, 2016 Leave a comment

Armi flusek

It-talba mill-PN biex in-nies isellfuhom 10 000 ewro u jingħata imgħax ta’ 4% fuq medda t’għaxar snin żgur li hija waħda mill-akbar ċajtiet ta’ Simon Busuttil minn kemm ilu li laħaq kap tal-PN.

Bla dubju li din it-talba hija prova ċara ta’ kemm jinsab finanzjarment ħażin il-PN u prova ta’ kemm il-MPs Nazzjonalisti li stagħnew u qalgħu l-belli liri matul 25 sena jiffungaw u jerdgħu minn fuqna, huma tosti u verament jimpurtahom biss mill-poter.

Read more…

Governanza Xierqa!

March 21, 2016 Leave a comment

Meta tisma’ li nies bħal Ann Fenech ingħatat aktar minn nofs miljun f’konsulenzi mill-Airmalta, tibda tgħid x’wiċċ għandu Simon Busuttil joqgħod jippriedtka fuq il-korruzzjoni u l-good governance.

Li terda’ nofs miljun minn kumpanija qed tfalli mhijiex oxxenita’?

U għadna ma nafux kemm ingħataw konsulenzi minn kumpanija oħra li kienet mimlija dejn, l-Enemalta. Nafu li l-Prim Korrott li kien iħawwad u jgerfexx kemm jiflaħ fix-xiri taż-żejt spiċċa protett minn Lawrence Gonzi għax ingħata maħfra biex jiġġakbina lil ħaddieħor u spiċċa kompla jigdeb kemm jiflaħ, u sa sentejn wara ftit li xejn inqabdu nies.

Read more…

Il-KILBA GĦALL-POTER

March 18, 2016 2 comments
Spiji

Il-PL ħalla wisq spiji jiġġenerew mas-saqajn!

Jien inħoss li l-PL wettaq ħafna żbalji meta kellu vantaġġ tant kbir ta’ voti, u dawn liż-żbalji kebbsu l-kilba li hemm moħbija f’moħħ l-MPs Nazzjonalisti li ma’ jistgħux isibu posizzjoni komda fuq is-siġġu ta’ l-Opposizzjoni għaliex iqisu li huma l-partit li għandu postu naturali fil-gvern.

Minħabba d-DNA superjuri li jgħidu li għandhom, dawn l-MPs u ndividwi Nazzjonalisti, iħossu li għandhom jirrenjaw fuq kulħadd bħaż-żmien ir-rejiet u l-irġejjen fejn ċerta familji kienu nobbli u għalhekk iqisu rwieħhom ferm aħjar minn ħaddieħor u għandhom jikkmandaw lil kulħadd.

Read more…

L-IŻBALJI TAL-PARTIT LABURISTA – L-EWWEL PARTI

March 11, 2016 3 comments
big mistakes
Qabel l-elezzjoni, Joseph Muscat wettaq bravura meta rnexxielu jġib il-Moderati u l-Progressivi flimkien f’muvument li kien qed jipprotesta l-gvern bażwi u korrott ta’ GonziPN.
Iżda r-realta’ politika turi li muvument bħal dan ma setax ikampa u dan kien l-ewwel żball ta’ Joseph u l-PL li ħasbu li nies b’daqstant ideat politiċi u soċjali differenti setgħu qatt jibqgħu jaqblu fuq il-policies differenti tal-PL.
Kienu jaqblu fuq governanza tajba, meritokrazija u trasparenza, iżda kienu se jsibuha diffiċli jaqblu fuq id-drittijiet ta’ l-omosesswali, it-tibdil tal-Kostituzzjoni, l-iffriżżar ta’ l-embrijuni u issues oħra li żgur lanqas il-Laburisti ma jaqblu fuqhom.
Kif tela’ l-PL, bdew il-problemi u deher ċar li l-partit ma kienx preparat biex jiggverna daqs kemm kien preparat biex imexxi kampanja elettorali effettiva li xkupat lill-PN ‘il barra mill-gvern u kixxfet skoss skandli u l-intiena kollha li kienet akkumulat f’istituzzjonijiet suppost independenti li lkoll kienu nbiddlu f’klabbijiet Nazzjonalisti.
Forsi l-agħar ħaġa li seta’ jiġrilu l-PL hu li l-partit rebaħ b’marġni daqshekk kbira. Din kompliet saħħet lil Joseph Muscat bħala l-“Messija Neo-Laburist” u rabbiet ċerta arja f’ħafna deputati u ministri Laburisti.
Il-ftuħ tal-partit lill-opportunisti u egħdewwa tal-partit li kienu jitqgħalaw jagħmluha mal-Laburisti. Nies bħal Lou Bondi li saħansitra sar “persuna fdata”–ġerħa kbira f’qalb ħafna Laburisti u Cyrus Engerer li saħansitra ġie rekordjat jgħajjar lil-Laburisti u spiċċa jingħata t-titlu ta’ “Suldat ta’ l-Azzar”–falza stikka oħra ta’ Muscat li rrabbjat ħafna Laburisti li jiftakru s-sittinijiet u xi verament kien ifisser tkuns “Suldat ta’ l-Azzar”; u l-opportunisti bħal Robert Musumeci li jgħin b’mod attiv lill-PL kif se jsib modi ġodda biex jeqred l-ambjent, Jeffrey Pullicino Orlando li wara li mexxa l-kampanja tad-divorzju ġġieled mal-PN u ngħata MCST li biddilha f’każin ta’ Nazzjonalisti mkeċċija mill-PN u Franco Debono li anqas ma niktbu dwaru aktar aħjar.
Dawn kollha saru l-eroj ġodda tal-PL u ngħataw salarji u perkaċċi talli kienu tradixxew lill-partit tagħhom. Mhemmx xi ngħidu, dan ma niżilx tajjeb ma’ ħafna Laburisti li spiċċaw imgerrfxin kif dawk li kienu l-egħdewwa tagħhom saru fost l-aktar nies fdati minn Muscat. Tridu tiftakru li nies bħal Lou Bondi u JPO kienu strumentali biex tinsteraq l-elezzjoni tal-2008 u jibda r-renju disastruż ta’ GonziPN. Żgur li ħadd ma nesa’ lil JPO jnewwaħ quddiem Alfred Sant meta dan kixiflu l-iskandlu tal-Mistra wara li JPO ngħata l-premju għall-aktar deputat parlamentari ambjentali.
Ħafna Laburisti huma nies diretti li ma jinżlilhomx il-Makkjaveljaniżmu ta’ Joseph Muscat, l-aktar meta bdew jingħaqdu skoss opportunisti oħra mal-Muvument Laburista, nies bħal John Bundy, William Mangion, Frederick Testa, Kenneth Żammit Tabona u ħafna oħrajn li sa ftit qabel l-elezzjoni lanqas riedu jħokku mal-Laburisti. Dan kompla rrabbja attivisti u voluntiera Laburisti li kienu jaħdmu bla heda għax iħobbu lill-Partit. Joseph kien qed jibgħat il-messaġġ li biex tilħaq fil-partit trid tkun lgħaqi, ġakbin u traditur!
Għalhekk ma naħsibx li jistgħaġeb meta l-gażżetta MaltaToday tirrapporta li f’servej tagħha, 10% tal-Laburisti mhumiex se jivvotaw fl-elezzjoni li ġejja. Meta tistma’ n-nies ħażin hekk jiġri!
JISSOKTA

 

AĦNA RRIDU TMEXXIJA TAJBA LABURISTA!

March 7, 2016 1 comment
Abbatini

Ma rridux kopja oħra tal-korrotti Nazzjonalisti!

Mhemmx dubju li fl-aħħar elezzjoni l-poplu vvota bi ħġaru biex iqallfat lill-PN ‘il barra mill-gvern minħabba l-arroganza, l-ħniżrija u l-korruzzjoni; u kulħadd qiegħed jgħid li Simon Busuttil (li minkejja jridna ninsew kien parti mill-gvern ta’ Gonzi) mhux jiskurja gowls jagħmel protesti.

Kif qal Evarist Bartolo ftit ilu huwa l-PL li qed jiskurja awto-gowls bl-addoċċ u fil-fatt bħalissa hawn atmosfera fil-pajjiż li l-partiti politiċi l-kbar xebbgħu lill-kulħadd!

Read more…

IL-PN u l-Korruzzjoni

March 4, 2016 Leave a comment
Corruption

Il-PN iridu jitkellmu fuq il-korruzzjoni?

Il-politiċi tal-Partit Nazzjonalista huma tassew nies ipokriti u ma jafux jistħu. Wara li redgħu u ffungaw kemm felħu minn fuq dahar il-pajjiż, iridu jagħmlu protesta kontra l-korruzzjoni. Forsi ftit minnhom inqabbdu jieħdu sehem f’korruzzjoni proprja għaliex mhemmx dubju li jafu jgħattu xturhom sew, iżda n-nuqqas t’etika li mmarkat it-tmexxija Nazzjonalista matul il-leġislaturi tagħhom, l-aktar fl-aħħar ħamsin għandha tħammar wiċċ anke lill-aktar persuna li għandha wiċċa nfurrat f’Malta.

Read more…

Ġejt lura u m’għarraftux il-partit!

March 2, 2016 Leave a comment
muscat-win

Il-Muvument għadu jeżisti?

Nammetti li ili xhur twal maqtugħ minn Malta minħabba xogħol barra f’postijiet fejn ma tantx kelli ċans noqgħod nippowstja, iżda xorta żammejt ruħi aġġoranat ma x’inhu għaddej, u jiddispjaċini ngħid li l-muvument ta’ Joseph Muscat li bih għaqqad “Il-Progressivi u l-Moderati” falla. Read more…

L-OPPORTUNISTI – L-EROJ ĠODDA TAL-PARTIT LABURISTA?

February 5, 2015 8 comments

https://i0.wp.com/292fc373eb1b8428f75b-7f75e5eb51943043279413a54aaa858a.r38.cf3.rackcdn.com/opinion_08_temp-1400396707-53785ba3-620x348.jpg

(Artiklu ta’ Joe M. Cachia)

Issa donnha dahlet drawwa li kull min, ghal xi raguni jew ohra, jichad xi twemmin politiku li kellu u jithabbeb mal-moviment Laburista, jsir qaddis mil-llum ghal-ghada.  Diga kellna whud li, ghad-direttura, gew mghammda bhala ‘suldati tal-azzar’ godda jew gew milqugha bi briju kbir ghax ghamlu hoss billi wrew simpatija mal-moviment, bhal per ezempju; Jeffrey Pullicino Orlando, Cyrus Engerer u ohrajn.  Ghadni ma nafx fuq liema kriterju jew valuri dawn lahqu dan il livell hlief li dawn qasmu l-kamp u gew fuq in-naha l-ohra, ghax issa taghna kollox tajjeb u taghhom kollox hazin.

W’ssa ghandna lil dan ukoll; Dr. Ian Castaldi Paris, li skond ir-rapporti, wara li gie ntrodott fil-laqgha generali tal-Partit Laburista(?), gie moghti ovazzjoni qawwija ta’ capcip mid-delegati tal-partit.  Jahasra kemm ghandna bciecen!  Dan ukoll gie jew ser jigi mghammed u onorat bhala ‘suldat tal-azzar’ gdid, Onorevoli?  Ma nafx jekk dan hux xi opportunista.  Haga zgura hi li dan ghadu ma giex ippruvat fl-intenzjonijiet genwini tieghu!

Read more…

B’Simon fit-Tmun Kollox Mitmum!

September 11, 2014 5 comments

images

Mhemmx dubju li l-akbar paprata li għamel il-PN dawn l-aħħar snin kien li għazel lil Simon Busuttil bħala l-Kap tal-Partit. Dan ħaseb li mhux se ninsew il-ħmerijiet li ħareħ bihom bħal li Deborah Schembri kellha wiċċ ta’ Nazzjonalista u li n-nisa tad-djar għandhom jiddiskutu l-politika għand tal-ħanut.

Simon wera li jekk jaf x’toffri l-politika ta’ l-EU, ma jaf xejn x’toffri l-politika lokali Maltija.

Minbarra dan, ma jistax jaħrab mill-fatt li kien id-deputat ta’ Gonzi u allura bilfors irid jerfa’ r-responsabilitajiet tal-ħnizrijiet li wettaq Gonzi biex jibqa’ ggranfat mal-poter qabel l-elezzjoni tal-2012.

Simon Busuttil huwa l-agħar tip ta’ politikant għaliex m’għandux nitfa’ ta’ kredibilita’ u għalxejn jibqa’ jgħajjat li jrid jibda mill-ġdid għax ħadd ma jista’ jemmnu.

Read more…

Mela l-Laburisti se jibqgħu jissawtu?

September 9, 2014 4 comments

whipping_post_550Dan is-sit qiegħed għad-disposizzjoni tal-Laburisti muġugħin li l-Partit insihom kompletament.

Il-Mazzun m’għandu l-ebda aġenda ħlief li tirrenja s-sewwa bħalma għamel meta bbakkja b’saħħa kbira d-Divorzju u l-Unjoni Ċivili.

In-nies li jieħdu ħsieb dan is-sit għandhom il-ħajja tagħhom, izda l-inġustizzji, u d-doppja faccia ma jifilħuhomx. Lanqas jistgħu joqgħodu kwieti jaraw kif Joseph Muscat uza l-Laburisti u issa, għajr għall-ftit laqa’, rema l-maġġoranza tagħhom.

Aħna mux qed naqbzu għal dawk li kif tela’ l-Labour ħasbu li jistgħu jagħmlu li jridu u jgħaffġu fuq kulħadd, izda għal dawk il-Laburisti li għamlu 25 sena jaqilgħu ġo rashom u baqgħu mingħajr ġustizzja, meta Nazzjonalisti li sa sentejn ilu kellhom ħdura kbira lejn il-Laburisti, ittellgħu s-sema, ngħataw postijiet tajbin u pagi m’għola s-sema.

Għalhekk Joseph Muscat qed juri li lil-Laburisti ġenwini jafhom biss sakemm jista’ juzahom u juza l-vot tagħhom, imbagħad wara ma jafhomx.

Dan mhux aġir serju ta’ Prim Ministru!

U aħna tal-Mazzun qatt ma bzajna nitkellmu kontra l-inġustizzji u mhux se nibdew issa għax tela’ l-Labour!

Skond Muscat il-Laburisti nferjuri għan-Nazzjonalisti?

September 8, 2014 9 comments

Amanda-Mifsud_Joseph-Muscat_Michelle-Muscat_Michael-Farrugia

Kwazi disa’ xhur ilu konna rrapportajna kif saru bordijiet fejn persuni b’tendenzi laburisti wahda biss kien hemm prezenti! Għedna kif kien hemm kazijiet fejn…zewġ aħwa mill-istess familja tpoġġew fuq bordijiet importanti. Illum, nistgħu ngħidulkom li l-gvern poġġa Nazzjonalisti bħala diretturi u CEOs t’azjendi mportanti. Aħna tal-Mazzun m’aħniex ngħidu li Nazzjonalisti kompetenti li dejjem għamlu xogħolhom m’għandhomx jingħataw postijiet u jitħallew jagħmlu xogħolhom bil-kwiet.

Aħna qed nistaqsu li possibli laburisti kapaci ma jezistux?

Wara 25 sena mwarrba u mkassbra lanqas il-gvern tagħna mhu lest jaghtihom cans?

Nafu wkoll li  erġajna lura ghas-sistema fewdali fejn kulħadd jaħkem it-territorju tieghu u jaghmel li jrid. Xi ħaġa li kissret l-oligarkija ta’ Gonzi li kellu ftit qabel l-elezzjoni li għaddiet u li kienet fattur importanti biex il-gvern tiegħu jitlef l-elezzjoni.

Sfortunatament, Joseph Muscat ħalla din is-sitwazzjoni taħkem il-PL kmieni fil-leġislatura u diġa hawn tgergir kbir fuq kif id-dipartiment tal-gvern tħallew jibqgħu jiġu kmandati minn Nazzjonalisti li ma jridu b’xejn jikkoperaw mal-gvern u kif Joseph Muscat moħħu fin-Nazzjonalisti li qalbu qabel l-elezzjoni tal-2012 jew dehru fuq xi billboard u nesa’ kompletament Laburisti ħabrieka u ta’ skola li dejjem appoġġjawħ.

Il-Laburisti jridu jirrealizzaw li l-PL mhux Joseph Muscat, jew Madame Michelle, jew Manwel Mallia, izda huma. Ma jistax ikun li l-Partit jiġi hi-jacked minn erba’ minn nies li l-interessi tagħhom huwa biss il-poter.

Ahna ma nimpressjonawx ruħna biċ-ċelebrazzjonijiet, riċevimenti, tehid ta’ l-idejn, kpiepel, basktijiet tal-Prada u evening dresses. Aħna l-fanfarunati ta’ min ma kien xejn u issa f’daqqa waħda minn għalih in-nies kollha saru dubbien, ma nagħtux kasu. Anzi…nieħdu ghalina meta narawhom meta fl-istess waqt skoss Laburisti għadhom ibatu, minsijin.

Dawn l-attivitajiet narawhom bħala insult!

Read more…

Ġejt Lura u sibt Repubblika tal-Banana!

September 7, 2014 Leave a comment

bananaWara disa’ xhur barra minn Malta, niġi lura u nsib pajjiz mimli tgerger u meħud mill-kuntratturi li milli jidher se jingħataw kull fejn iridu biex jibnu. Naqra dwar il-Prim Ministru u jgħid li jrid ibiddel lil Malta f’Dubai fil-Mediterran!

Ħadni lura għal zmien Alfred Sant bl-Izvizzera fil-Mediterran – għallinqas dan il-pajjiz sabiħ bil-muntanji, bis-siġar u bix-xmajjar; mhux bħal Dubai, ħlief bini u ramel m’għandhomx!

Joseph Muscat irnexxielu jbiddel il-Partit Laburista f’wieħed anti-ambjentalista mibni fuq il-libertinaġġ fl-izvilupp u lill-gruppi li jaħsbu li l-ambjent naturali huwa tagħhom biss. Iva, qed nirreferi għall-kaċċaturi u n-nassaba.

U naqra aħbar oħra li Konrad Mizzi se jagħti lis-smart meters lil dawk li qabdu u serqu l-art fl-Armier!

Mela vera morna l-baħar?

Nippremja lil min għamel reat?

X’messaġġ qed jipprova jagħti l-Partit Laburista?

Ikissru l-liġi u tmorru tajjeb miegħi, mbasta terġgħu ttellgħuni?

U ċ-ċittadin li dejjem obda l-liġi?

Narmuħ il-baħar?

Dan mhux il-Partit Laburista li vvotajt għalih sena u nofs ilu.

 

 

Mons. Scicluna mingħalih xi Mikiel Gonzi modern?

November 29, 2013 Leave a comment
Image

Dan xi qassis ġdid politikant li se jibda jindaħal bħalma kienu jagħmlu fis-sittinijiet?

Skond dan l-għaref, “filwaqt li l-attivita’ sesswali bejn koppji eterosesswali għandha rwol fundamentali li trawwem membri futuri tas-socjeta’, koppji ta’ l-istess sess m’għadhomx rwol fis-socjeta’ għax ma jipproduċux tfal.”

Bl-istess argument ta’ dan l-għaref, lanqas hu u l-qassisin li jirrapprezenta m’għandhom rwol fis-socjeta’ għax (suppost) ma jagħmlux tfal. Wara kollox, l-astinenza li jipprattikaw il-qassisin u membri oħra tal-Kleru mhijiex naturali, izda xorta jippretendu li għandhom rwol li jikkmandaw lill-familji, lill-missirijiet u l-ommijiet kif għandhom irabbu u jagħmlu s-sess ma’ xulxin.

Kif qal xi ħadd fuq il-Facebook, l-omosesswalita’ hija sesswalita’, izda s-sacerdozju hija għazla!

Read more…

Wicchom bla zejt!

November 28, 2013 Leave a comment
Image

Ghad-divorzju biss kellu kuxjenza Tonio Fenech!

Ilna ftit ma nkellmukhom għax iddecidejna nagħtu cans lill-gvern il-ġdid isib saqajh u fuq ħafna affarijiet inħossu li sejjer tajjeb. L-unika zewġ setturi li sejjer zmerc huma fil-bini u l-kostruzzjoni fejn qed jagħti lill-kuntratturi dak li jridu u l-kaċċatturi li tant dejqu lil kulħadd li spiċċaw iġiegħelu n-nies jiffirmaw petizzjoni għal referendum kontrihom.

Nispera li ma nibqgħux nara bini bl-addoċċ tiela’ f’postijiet fejn s’issa ftit li xejn kien hemm bini. Il-binja fil-Mistra tfisser li dan il-gvern se jaqbad it-triq li jibni n-naħa tat-tramuntana ta’ Malta li s’issa baqgħet mingħajr daqshekk bini ikrah? Jew se niftħu xi bieb għall-bini tal-pajjiz li kien fetħu n-Nazzjonalisti?

Minn naħa tal-PN, ma nafx kif nies bħal Simon Busuttil, Beppe Fenech Adami, Tonio Fenech u Jason Azzopardi ma jmorrux jinħbew għax vera m’għandhom zejt f’wicchom.

Smajtuha tal-Good Causes Fund?

Peress li ħadd ma kien jaf li dan in-Nazzjonalisti dejjem uzawh biex jagħtu l-flus lil min jaqblilhom għall-għanijiet politici u Fenech qal li għandu kuxjenza safja dwar il-fatt li nstab li dan il-fond tmexxa bit-tbazwir u taħwid liema bħalu u li ntefqu l-flus kollha tas-sena d-dieħla biex jagħtu l-flus qabel l-elezzjoni.

Nazzarda ngħid li dan Fenech bla kuxjenza. Ma ra xejn ħazin meta mar jara l-Arsenal fuq l-ajruplan ta’ zewġ kapurjuni sħabu, ma ra xejn ħazin li jħaddem seftura bla VAT, ma ra xejn ħazin talli tawh arloġġ bħala apprezzament (s’issa bqajna ma nafux għaliex) … insomma … l-unika darba li missitu l-kuxjenza u qabad jibki kien fiz-zmien id-divorzju meta ħass għall-ugiegħ li kien qed isir lill-Madonna.

L-akbar ipokrita li hemm fil-Kabinett Nazzjonalist!

Lanqas Jason Azzopardi ma ra’ xejn ħazin li ta’ mijiet t’encroachments ezatt qabel l-elezzjoni lil ħafna sħabu nkluz Ernest Tonna li tarah għaddej triq ir-repubblika tistħajlu xi kapo Mafjuz imdawwar bil-lgħaqa tiegħu.

Dawn in-nies ma jafux li mhumiex emmnuti u li aktar ma jicħdu aktar jikkonvincuna kemm mexxew b’korruzzjoni u nepotizmu li bih qalgħu l-akbar telfa elettorali fl-istorja tal-partiti politici f’Malta?

Ittra ta’ Laburist Imweġġgħa!

August 28, 2013 2 comments

DIN ITTRA LI RCEVEJNA TAL-MAZZUN! Nisperaw li xi ħadd jagħti kasha!

Issa jmorru jivvotawlu n-nazzjonalisti is-sena d-diehla fl-elezzjoni tal-MEPs!!

Saru bordijiet fejn persuni b’tendenzi laburisti wahda biss hemm prezenti!! Hemm anke kazijiet fejn…alla jbierek, zewg ahwa milkl-istess familja tpoggew fuq bordijiet importanti.

Possibli laburisti kapaci ma jezistux? Wara 25 sena imwarrba u imkassbra lanqas issa m’huma se jaghtuna cans?

Jaqaw ergajna lura ghas-sistema ta’ WARLORDS? Kulhadd jahkem it-territorju tieghu u jaghmel li jrid?

Il-PL mhux Joseph Muscat, jew Madame Michelle, jew Manwel Mallia etc. etc. Ahna ma tantx nimmpressjonaw ruhna bic-celebrazzjonijiet, ricevimenti, tehid tal-idejn, kpiepel u evening dresses. Anzi…niehdu ghalina meta narawhom meta fl-istess waqt ahna ghadna inbatu, minsijin. Naraw dawn l-attivitajiet bhala insult!!

Il-PL huwa l-membri tieghu u ahna zgur ma nberkux il-mod kif dan il-gvern qed jimxi ma’ dawk li tawh is-sapport taghhom f’ bahar qawwi.

Saru hafna zbalji…. u rridu nammettu li dawn saru!! Insewwu l-affarijiet issa halli ma jergax ikonna kawlata bhal ta’ Mintoff. Iktar ma tikber il-ferita aktar difficli biex iddewiha!!

Ahna ma rridux vendikazzjonijiet…specjalment ma Nazzjonalisti li imxew ta’ nies u b’onesta’ tul l-ahhar snin. Izda hemm ohrajn li wettqu vendikazzjonijiet u sawwtu lil min ma kienx jaqbel maghhom. Dawn iridu jhallsu ta’ eghmilhom billi jitnehhew……..u mhux ikunu protetti mill-Gvern Laburista u dawk li soffrew tahthom stmati ta’ zibel jekk mhux ukoll imgiddba!! Alla jbierek qabel l-elezzjoni dawn kienu stmati ta’ Paladini u mwieghda hafna xorti….wara l-elezzjoni dawn sabu ruhhom “pariahs”………f’kantuniera bil-gvern gdid ma jaghtix kazhom…anzi jsikkithom…u n-nazzjonalisti jitmejlu bihom!!

Hekk sew Joseph?? Kun ragel. Wettaq gustizzja issa…u fid-deher!! Hekk weghidtna. Ahna inbaghtu konna u nbaghtu ghadna. Anzi….qed inbaghtu aktar ghax issa qtajna qalbna li hemm xi hadd li jaqbez ghalina. Ahna konna Suldati tal-Azzar. Sfortunatament il-PL uriena li l-komposizzjoni tieghu mhix azzarjata u issaddad malajr.

Nerga’ intenni….issa jivvotaw dawn in-nazzjonalisti lill-PL is-sena d-diehla!!

Jien m’inix se nivvota!!

Jaqaw Malta mhiex tal-Laburisti wkoll?

August 15, 2013 6 comments

Aħna tal-Mazzun nirċievu ħafna ittri u messaġġi, u forsi l-aktar li jolqtuna huma dawk li qed jixlu lill-gvern tagħhom li biex ma jdejjaqx in-Nazzjonalisti qed jagħmel kollox bil-mod u bil-ħlewwa ma jmurx iweġġgħa s-sentimenti ta’ nies li dejjem qiesu lill-Laburisti bħala ċittadini tat-tieni klassi.

Oħrajn ma jistgħux jifhmu kif huma ilhom snin jimmilitaw fil-Partit Laburista u ħafna Nazzjonalisti li qalbu qabel l-elezzjoni li għaddiet u li llum il-maġġoranza zammew il-posizzjoni tagħhom jew ingħataw xogħolijiet b’pagi t’eluf, qed jiġu stmati ferm aktar minnhom mill-partit.

Saħansitra kien hemm min qalilna li l-Partit jibza’ juza’ Laburisti għax jaħseb li se jwaqqgħulu wiċċu l-art u għalhekk ħallew ħafna Nazzjonalisti f’posthom.

Ħafna għadhom isemmu lil Lou Bondi u ma jistgħux jifhmu kif dan daħal taħt il-ġewnaħ ta’ Joseph Muscat.

Aħna tal-Mazzun ma’ naqblux ma’ transfers vendikattivi. Min ħawwad, għaffeġ u weġġa’ lil ħaddieħor għandu jieħu li ħaqqu, kuntratt jew mhux kuntratt. Izda qed ninnotaw li l-Partit aktar qisu qed jaħdem biex izomm miegħu lil dawk li qalbu fl-aħħar elezzjoni milli biex jagħti l-ġustizzja lil dawk il-Laburisti li ilhom ibatu 25 sena.

U l-maġġoranza tal-Ministri nkluzi l-Prim Ministru qed ikunu nsensittivi ħafna dwar dawn il-weġġgħat, qishom mhux jagħrfu li s-suldati tal-Partit trid tittrattahhom tajjeb u mhux tinsihom kif titla’. Ir-risposti ta’ ħafna ministri hija li ma’ jistgħu jmissu lil ħadd għax għandhom il-kuntratti, imbagħad ħallihom joħorġu l-ħnizrijiet li saru fil-Ministeri. Jekk trid tbiddel l-affarijiet u tagħmel il-ministeri aktar effiċjenti, kif jista’ jkun ma tneħħix lil min kissirhom taħt il-PN?

Il-Gvern Laburista jaħseb li l-poplu se jibqa’ jaċċetta l-iskuza li l-affarijiet mhux jimxu sew għax instab ħerba? U jekk min għamel il-ħerba mhux jinqabad u jingħata li ħaqqu, il-Gvern Laburista jippretendi li ma nikkritikawħx? U xi ngħidu għal dawk ir-ruxxmata Laburisti f’dipartimenti  li baqgħu jinħaqru taħt in-Nazzjonalisti, issa li dawn ħadu r-ruħ għax jafu li ħadd mhu se jmisshom? Din ġustizzja Laburista? Din Malta Tagħna Lkoll?

Il-Gvern Laburista jaqbillu jagħti kaz lil min vera ilhom jgħinu snin twal u min verament għandu bzonn li miegħu ssir ġustizzja għaliex aħna tal-Mazzun induru man-nies, u ħafna minnhom kelma waħda: ISSA JIĠU GĦALL-VOT TAL-PARLAMENT EWROPEW ĦA NAGĦTUHULHOM?

 

 

Ittra ta’ Joe Grima li fiha ħafna x’tixtarr!

June 22, 2013 Leave a comment
Joseph-Bondi1

Joseph wera nuqqas ta’ rispett lejn il-Laburisti ġenwini bil-ħatra ta’ Lou Bondi!

Min kien dak l-għaref li stenna l-mitt jum ta’ ħidma ta’ gvern Laburista biex joħroġ jgħid li Joseph Muscat għazel lil Lou Bondi jkun fuq il-Bord tal-Fundazzjoni tal-Festi Nazzjonali?

Il-100 jum tal-ħidma tal-gvern kellha tkun okkazzjoni ta’ ċelebrazzjoni ta’ kemm il-Gvern ġdid Laburista diġa wettaq wegħdi u ħadem għall-gruppi minoritorji u oħrajn li għandhom jiġu protetti bħall-anzjani. Minflok spiċċa jum ir-rabbja kontra Lou Bondi u anke l-Prim Ministru talli għazel lilu minn tant nies oħra.

L-għazla ta’ Lou Bondi hija affront għal kull Laburist li tqagħla bix-xandir u l-programmi zbilancjali u mimlija antipatija lejn kull ħaġa Laburista. Jidher car li Bondi mercinarju bla principji għax anke l-intervista tiegħu ma’ Joseph kienet waħda kalma u kontrollata. Ħeq, ma jridx idardar l-għajn li jixrob minnha!

Imma tgħiduli, hu lanqas mhu se jitħallas għall-kariga li tah Joseph?

Mhux il-punt, Lou flimkien mal-Where’s Everybody! kellhom kwazi monopolju fuq festi ta’ certa mportanza. Kulħadd nesa kemm ħadmu biex tellgħu c-celebrazzjonijiet tal-pjazza l-ġdida li vara l-PN quddiem il-PN?

Nsew il-Laburisti meta Where’s Everybody! keccew lil kulħadd qabel l-elezzjoni bħallikieku biex jibgħatu messaġġ li t0rt tal-Labour għax la jitla’ ma jgħaddilhomx xogħol aktar?

Insew kemm ġera ma’ DCG Lou u qabez għaliha kontra l-pulizija qabel l-elezzjoni biex jipprova joħloq incident politiku?

Lou Bondi malajr jista’ jirrezenja mill-Where’s Everybody biex dawn xorta jieħdu x-xogħol mingħand il-gvern.

Dan bniedem jasal għal kollox u mhux għall-politika, izda għall-avvanz personali tiegħu. L-agħar tip ta’ krejatura, bla principji u lesta li tgħaffeġ fuq kulħadd imbasta tgawdi hi, u Joseph Muscat għamel zball kbir u ħadha miegħu.

Minkejja li kellu tiegħu wkoll, Joe Grima spjega għalfejn kulħadd irrabbjat għal Bondi fl-ittra li bagħat lil Franco Debono li qed nuru hawn: Read more…

Il-Ħdura ta’ Dafni!

June 17, 2013 Leave a comment

Daphne-mass-meeting

Ferm Interessanti dak li kitbet  Dafni fuq l-għazla ta’ Joseph Muscat ta’ Lou Bondi u bħas-soltu spikkat il-ħdura personali li għandha kontra kull ħaġa Laburista. Huwa dan id-difett kbir li għandha li tant in-nuċċali tagħha huwa mtappan bil-ħdura li anke meta forsi jkollha xi ftit raġun fl-argumenti tagħha, dawn tfottihom permezz tal-fanatiċizmu kbir anti-Laburista li għandha.

Il-kritika ewlenija tagħha fuq il-kwistjoni ta’ Joseph Muscat hija li kien hu u l-Partit Laburista li ġiegħlu l-poplu jobgħod lilha u lil Lou Bondi għax huma dejjem il-“fatti” qalu. Issa jekk tħarsu naqra lejn il-kitbiet tagħha tindunaw li dawn mimlijin dettalji personali u kritika tad-difetti ta’ nies Laburisti li ħafna drabi ma jkollhom xejn x’jaqsmu mas-suġġett fil-kwistjoni.

Read more…

Joseph, Lou Bondi lifgħa li daħħaltha f’ħobbok!

June 16, 2013 1 comment

JM

M’għandi l-ebda dubju li l-Prim Ministru jħoss li jaf x’inhu jagħmel minkejja li aħna u eluf ta’ Laburisti ma naqblux mad-decizjoni tiegħu li jpoġġi lil Lou Bondi fuq fundazzjoni, izda nħoss li hemm fattur importanti li l-Prim mhux jarah jew mhux jagħti kasu:

Hu lest jiġġieled u jnaffar daqshekk Laburisti għal wiċċ Lou Bondi?

Read more…

Insult lejn il-Laburisti Kollha!

June 15, 2013 7 comments

LooL-għazla ta’ Lou Bondi fuq bord organizzativ huwa zball kbir ta’ partit li jew diġa tilef il-boxxla jew qed ikompli juri li m’għandux fiduċja li l-Laburisti jistgħu jagħmlu xogħol siewi fuq bordijiet bħal dan.

B0ndi huwa s-simbolu ta’ xandir Nazzjonalisti moqziez u antagonist lejn il-Partit Laburista minkejja l-fatt li dan il-partit stess daħħlu jaħdem fil-PBS fl-1997. Bondi tant huwa bniedem biased kontra l-PL li rnexxiellu jikkonvinci ruħu li hu bilanċjat minkejja li anke nies li mhumiex Laburisti bħal Saviour Balzan u Raphael Vassallo kkritikawh kemm-il darba għal mod kif joħroġ sidru għall-PN u jaqbez għas-sinjura Daphne Caruana Galizia li kulħadd jaf l-imħabba li għandha lejn il-PL.

Ma’ dan iridu nzidu r-rabtiet ta’ Bondi ma’ Austin Gatt u mal-Forestals, specjalment ma’ Tancred Tabone tal-korruzzjoni taz-zejt u l-kwistjoni ta’ John Dalli. Kif jista’ Joseph Muscat jafda bniedem bhal dan?

Read more…

Skond il-PN il-Laburisti huma nferjuri għan-Nazzjonalisti!

June 9, 2013 3 comments
daphne kerha

Dil-kruha l-ħin kollu tinsisti li l-Laburisti la għandhom dritt jiggvernaw u lanqas ikunu f’postijiet tat-tmexxija għax huma nferjuri għan-Nazzjonalisti u dawn fil-parlament qed juru li jaqblu magħha!

Kont qed naqra ntervista ma’  Carmelo Mifsud Bonnici, il-qassatu ta’ Ministru li gab il-qrati Maltin u s-sistema korrettiva Maltija f’xifer kollass, u dan tkellem qisu għamel xi suċċess kbir bħala Ministru; u l-attitudni tiegħu tispjega r-raġuni ewlenija li l-PN sar partit patetiku u jekk jibqa’ sejjer hekk, isir partit li ma tistax tieħdu bis-serjeta’.

Immaġinaw persuna li għamlet ħazin u kulħadd qed jgħidilha li għamlet ħazin, ħlief niesha li ma jistgħux jammettu li l-qarib tagħhom għamel ħazin għax moħħhom maħsul bil-ħlewwa li dan dejjem wera lejhom għax huma qrabatu. Dan qisu l-PN bħalissa li dawk li stanew u ffoxxnaw minn fuqu baqgħu jgħidulu li għamel tajjeb u għalhekk dan il-partit baqa’ ma jistax jiblagħha li l-poplu ħeles minnu għax xebbgħu.

Read more…

June 7, 2013 1 comment

flamingo

Dedikata lil dawk il-bhejjem kollha li joqtlu kull ma jaraw u lis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes li suppost huwa nkarigat mid-drittijiet ta’ l-annimali, imma qed jgħin lill-kaccaturi jsibu loopholes fil-liġi ħalli jkunu jistgħu joqtlu aktar agħasafar.

Jekk il-kaċċaturi jħossu li għandhom id-dritt joqtlu l-agħasafar, min ma jaqbilx mal-kaċċa għandu d-dritt igawdi lis-sbuħija u l-għana tal-agħasafar ħajjin u huwa dmir tal-gvern li jissalvagwardja dan id-dritt ukoll!

Categories: News

Ann Fenech … L-ewwel trid titgħallem tirrispetta l-poplu li trid mingħandu!

June 7, 2013 3 comments

Ann Fenech

Ara kif xi ħadd jista’ jemmen li Ann Fenech hija mparzjali. Anke l-fatt li n-Nazzjonalisti baqgħu jinsistu li l-Bord li analiza t-telfa huwa mparzjali juri li dawn għadhom lanqas biss joħolmu l-bidla ta’ kif jaħsbuha.

Imkien fir-rapport ma semmgħu li raġuni ewlenija għalfejn abbandunahom il-poplu hi li l-abjad iridu jsejħulu iswed. Ejja nieħdu din ta’ l-ekonomija li l-ħin kollu sejrin kemm marru tajjeb. Tiftakru kif dawn in-Nazzjonalisti fil-baġit tal-2012 spiċċaw kellhom ineħħu 40 miljun minnu? Tiftakru kif dawn l-aħħar ħames snin kull previzjoni li għamel Tonio Fenech dwar id-deficit kienet zbaljata? Tiftakru b’kemm zdied id-dejn f’ħames snin?

B’tlett biljun ewro!

Read more…

Biljun ewro dejn!

March 6, 2013 Leave a comment
10688623-get-government-grant-for-debt-relief-with-ease

Il-pjan tal-pipeline tal-PN se jkompli jimla’ lill-Enemalta bid-dejn kif stqarr Tonio Fenech.

Anke li kieku l-UE se tagħti dawn il-fondi għall-pipeline, dan ikun irid ta’ l-inqas 200 miljun ewro oħra biex ikun lest li skond il-Ministru Tonio Fenech se jinħarġu mill-Enemalta.

Dan ifisser li taħt il-Gvern Nazzjonalista, id-dejn ta’ l-Enemalta se jiżdied għall-aktar minn biljun ewro, meta l-pjan tal-PL jara li jonqos id-dejn ta’ din l-azjenda.

Iżnu ftit min hu l-aktar bil-għaqal miż-żewġ partiti u min verament jista’ jnaqqas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Ħames Snin Jiddeċiedu Ħames Minuti, sur Prim Ministru!

March 6, 2013 Leave a comment
Lawrence Gonzi Kate Gonzi gozo 2013

F’Għawdex Gonzi qal li ħames sekondi jiddeċiedu x’jiġri għall-ħames snin u bħas-soltu ma kienx korrett għax di’darba min se jivvota se jkun qed jgħid li l-ħames snin tiegħu se jiddeċiedu azzjoni ta’ ħames sekondi li għandha tkun votazzjoni kontra l-falliment tiegħu u tal-partit li mexxa.

Wara li qagħadt jokrob li ma setax jagħmel aktar milli seta’ għall-pajjiz, il-Prim Ministru ħareġ bil-ġojjel li “Ħames minuti jiddeċiedu ħames snin!”, izda aħna tal-Mazzun qlibniha u ridna ngħidulu li ħames snin se jiddeċiedu ħames minuti di’d-darba għax jaf li n-nies xebgħu minnu.

Xebgħu mill-wegħdi fiergħa.

Xebgħu mill-gideb.

Xebgħu mill-arja zejda tal-Ministri Nazzjonalisti.

Xebgħu li ħadd mill-kabinett ma jieħu risponsabilita’ tal-ħnizrijiet li ilhom isiru egħxieren ta’ snin.

Xebgħu jħallsu tariffi tad-dawl għoljin m’għola s-sema għax xeba’ galloppini Nazzjonalisti tħallew jerdgħu l-miljuni ta’ ewros minn fuq l-Enemalta u x-xiri taz-zejt.

Xebgħu jisimgħu lil Lou Bondi, Norman Vella u Peppi Azzopardi jaqbzu għall-gvern fuq ix-xandir ta’ l-istat.

Read more…

ĦDURA NAZZJONALISTA

March 3, 2013 Leave a comment
Joanne Cassar

Nispera li kif jitla’ l-Gvern Laburista jwaqqa’ l-każ li għamel il-gvern kontra Joanne Cassar forsi tibda’ tgħix ftit bi kwietha.

Minflok, jopponu d-dħul tad-divorzju minkejja li jafu kemm hawn nies u tfal qed ibatu minħabba t-tkissir bejn il-familji, u dan l-aħħar ħlief ħdura personali kontra esponenti Laburisti ma rajniex f’din il-kampanja.

Minbarra hekk, rajna lil Gonzi jiffoka fuq it-tiben f’għajn ħaddieħor mingħajr ma jinduna bit-travu f’għajnu u bil-protezzjoni li dejjem offra lill-ministri bħal Austin Gatt u Tonio Fenech li ġew implikati f’diversi episodji ta’ korruzzjoni.

Mingħajr dubju, l-akbar att ta’  ħdura Nazzjonalista kien l-appell ripetut li għamel il-Gvern Nazzjonalista’ kontra li tiżżewweġ Joanne Cassar, persuna transgender li rat martirju sħiħ għaliex minkejja li rebħet id-dritt legali li tiżżewweġ, il-Gvern Nazzjonalista baqa’ jappella b’riżultat li nefqet eluf kbar t’ewros u telaqha l-għarus.

Imbagħad, bil-wiċċ tost kollu, f’Għargħur Gonzi jiġi jgħid li jrid jirranġa kollox għal min hu transgender u minkejja t-talbiet ta’ diversi għaqdiet u l-Alternattiva Demokrattika, ma rtirax l-appell tal-Gvern tiegħu kontra Joanne Cassar.

U biex tgħaxxaqha, Joanne qalet li dejjem kienet Nazzjonalista, imma ovvjament minħabba n-natura tagħha, il-PN kasbruha, ma tawx kasha u pprovaw kemm jifilħu jagħmlulha ħajjitha aktar diffiċli milli kienet.

Gonzi huwa ipokrita mill-iprem li m’għamel xejn ħlief ħsara lil persuna li biżżejjed rat mid-Dinja minflok ma pprova jgħinha.

Imbagħad għandu l-wiċċ li jiftaħar li hu Nisrani!

Austin u Tonio giddibin jew sempliċiment inkompetenti?

February 20, 2013 Leave a comment
gatt_austin_tabone_tancred_enemalta

Austin Gatt ħaseb li kulħadd baħnan u li kkonvinċiena li ma’ kellux x’jaqsam ma’ Tancred Tabone li jiġi kuġinuh.

Tajjeb li ngħidu eżatt min hu Tancred Tabone. 

Dan ġie deskritt bħala negozjant ta’ suċċess minn Austin Gatt għaliex għandu l-kumpanija Forestals. Huwa minn dejjem kien qrib ħafna l-PN, tant li jagħmel parti mill-JS List ta’ Joe Saliba għax ilu ħafna huwa wieħed mis-sostenituri tal-PN. Jidher li dan xtaq li jitħallas tajjeb ta’ dan is-sosten u għalhekk huwa wieħed minn tlieta li ġew mixli b’korruzzjoni, tixħim u ħasil ta’ flus, u m’aħniex nitkellmu fuq lira jew tnejn, iżda fuq somom ta’ mijiet u anke eluf ta’ miljuni ta’ ewro li huma somom li jbelħu għaliex jistgħu jfissru parti sostanzjali mid-dejn ta’ pajjiżna u d-dejn kollu ta’ l-Enemalta.

Read more…

Austin Kumbinazzjonijiet!

February 16, 2013 Leave a comment
gatt-austin-jolly

Austin Gatt qal li ma jħobbx il-buzzulotti, imma daħħaqna mhux ħazin dawn l-aħħar ġimgħat bid-dikjarazzjonijiet tiegħu redikoli dwar l-iskandlu tax-xiri taz-zejt. L-aktar li mhux risponsabbli meta hu kien il-ministru.

B’kumbinazzjoni l-Ministru Austin Gatt kien jiltaqa’ mal-ħbieb tiegħu li poġġihom f’xogħolhom hu bħall-ex-Chairman Tancred Tabone, Frank Sammut u George Farrugia imma qatt ma kienu jiddiskutu z-zejt!

B’kumbinazzjoni Austin Gatt wiret balla flus li qeghedin f’kontijiet fl-Izvizzera u dawk li jixtru z-zejt kienu juzaw banek Svizzeri.

B’kumbinazzjoni hu bħala l-Ministru ta’ l-Infrastruttura u l-Enerġija dak iz-zmien (għax Gonzi neħħieħ) fl-2008, kien risponsabbli tax-xiri taz-zejt u qal li hu m’għamel xejn ħazin, imma taħtu saru l-ħnizrijiet u għalhekk għandu jirrezenja.

B’kumbinazzjoni u biz-zball ġenwin nesa’ jiddikjara dan il-kont barrani.

B’kumbinazzjoni ħadd m’induna li kien hemm commissions li jiswew miljuni kbar ta’ ewros fuq medda ta’ egħxieren ta’ snin.

B’kumbinazzjoni s-salvagwardji biex dan ma jseħħx ma’ ħadmux għall-egħxieren ta’ snin.

Read more…

Il-PN, Aus u l-Gvern tad-Dellijiet!?

February 14, 2013 Leave a comment

Oil MafiaX’iridu nfissru bi gvern tad-dellijiet?

Le, le mhux ix-shadow ministers magħmula mill-membri ta’ l-opposizzjoni, izda grupp sigriet ta’ individwi li għandhom poter kbir li jistgħu jkunu jagħmlu parti mill-amministrazzjoni pubblika, in-negozju u anke l-politika, li bil-moħbi jikkontrollaw kollox għall-vantaġġ tagħhom u jiġbdu l-ispag tal-gvern leġittimu tal-pajjiz billi jiddereġulu l-policies, lis-strateġiji tiegħu u l-mod kif imexxi.

Rapporti riċenti fuq diversi gazzetti juru li dan iċ-ċirku verament jezisti.  Il-gazzetta Maltatoday kixfet kif miljuni kbar ta’ ewros tħallsu f’kummissjonijiet fuq ix-xiri taz-zejt; dan il-blog għamel ftit somom ħfief li juri li bil-persentaġġi li qed jissemmew, dan ic-cirku possibilment qala’ ‘l fuq minn 600 miljun ewro u gazzetta elettronika ħabret li s-somma tista’ tlaħħaq is-somma li ma titwemminx ta’ 2 biljun ewro!

Read more…

Kif tista’ temmen lil A.G.?

February 12, 2013 Leave a comment
Papa AUSTIN
Ma niskantawx li Gonzipn jaħsbu li l-poplu kollu mazzun u jibla’ kemm jiflaħ. Din hi l-aħħar arma li fadlilhom. Qegħdin jipprovaw jbellgħuna li A.G. u Aust ma jirreferux għall-Austin Gatt għax dan qed jgħid li qatt ma ltaqa’ ma’ George Farruġia u tkellem miegħu dwar ix-xiri taz-zejt. U jippretendi li aħna nemmnuh!?

Kulħadd ilu jingidem minn Austin Gatt. Minbarra li r-raġel hu kiesaħ u dardira mill-kbar, irnexxielu b’xi mod jikkontrollha lil Laurence Gonzi u jkollna nistaqsu għaliex Austin Gatt għandu daqshekk kontroll fuq Gonzi?

Meta tara l-ħmieġ li ħiereġ mill-maniġġi tal-Ministeru ta’ Austin tifhem għalfejn tal-PN dejjem jiftaħru li flimkien kollox possibli għax biex jirnexxielek tisraq mijiet ta’ miljuni ta’ ewros bil-barka tal-gvern hija zgur l-akbar att ta’ korruzzjoni li qatt ra dan il-pajjiz.

Read more…

Min hu A.G.?

February 11, 2013 1 comment

560090_494810250554569_1653567408_nPeress li aħna Laburisti njoranti, stupidi, idjoti u m’aħniex ta’ sustanza u m’għandniex wiċċ ta’  Nazzjonalist se nipprovaw naqtgħu xi jfissru l-inizzjali A. G. u l-kliem Aus għaliex huma xi ftit tqal għall-moħħ fjakk li għandna. Ħa naraw mela:

Ah Ġakbin!

Jista’ jkun li ħafna nies li saru miljunarji kbar bil-bejgħ taż-żejt qed jgħidu hekk lil George Farruġia wara li ngħata l-proklama.

Ara George!

Ma jmurx jitkellem avolja ngħata l-proklama u min jaf kemm se jikxef nies.

Alvin Grixti – Ġuvni sew li qed jipprovaw iwaħħlu kollox fih li hu kien qed jimmanipula kollox u rnexxielu jikkonvinċi lill-Ministru biex jagħmel lil Tancred Tabone l-Kap ta’ l-Enemalta, jingaġġa lil George Farruġia u jagħti x-xogħol lil Frank Sammut u sħabu.

Read more…

Il-Mafja taż-Żejt tisraq kważi nofs biljun ewro!

February 10, 2013 2 comments
Tancred Tabone tal-Forestals u li kien ic-chairman tal-Kamra tal-Kummerc għandu ħafna x'jirrispondi dwar it-tixħim u l-korruzzjoni fix-xiri taz-zejt.

Tancred Tabone tal-Forestals u li kien ic-chairman tal-Kamra tal-Kummerc għandu ħafna x’jirrispondi dwar it-tixħim u l-korruzzjoni fix-xiri taz-zejt.

Miskin Tancred Tabone tal-Kamra tal-Kummerċ saħħtu marret lura kif ħareġ li kien involut fit-taħwida tax-xiri taż-żejt li wettaq Frank Sammut. Aħna tal-Mazzun smajna li Lawrence Gonzi fittex ta’  l-proklama li Mario Farruġia għax Sammut tgħidx x’jikxef t’ismijiet mal-pulizija u politikament il-Prim Ministru jaqbillu li jidher li qed jagħmel minn kollox biex toħroġ il-verita’ minn din il-biċċa mafja li ilha għaddejja aktar minn għaxar snin.

Aħna għamilna ftit somon u estimajna li jekk pajjiżna mis-sena 2000 ‘l hawn kien jixtri 350 miljun ewro żejt fis-sena u nies bħal Frank Sammut u sħabu kienu jieħdu minn 10 sa 15% tal-bunkering, dawn għamlu bejn 455 u 682 miljun.

X’ma tintiliex bid-dejn l-Enemalta u x’ma jgħolliex il-prezz tad-dawl u l-ilma Gonzi!

Read more…

L-Ambaxxatur Ġdid Malti mimli Kultura!

February 9, 2013 3 comments

Alexis Callus, s-Sindtku tal-Belt, għaref ieħor Nazzjonalist li jaf jagħzel għalhekk faqa’ lil kulħadd bir-rabja u d-daħk meta qal li l-hasbeen Peter Andre li kellu xi zewġ hit singles biss se jkun ambaxxatur kulturali tal-Belt Valletta.

Din il-belt li ssejħet “Belt mibnija mill-ġentlomi għall-ġentlomi” u li laqgħat l-granmastri, rejiet, irġejjen u imperaturi se jkollha lil dan il-ħamallu t’hawn fuq jirrapprezentaha.

Wara li l-Inglizi daħħqu daħla bina bil-bendy buses, tgħid mhux se jogħxew waħda fuq din l-għazla ta’ l-espert tal-kultura u l-estetika, Alexis Callus.

 

Serjeta’

January 15, 2013 Leave a comment

Gonzi jpacpac biss

Dr. Joseph Muscat irnexxielu jerġa jagħmel il-politika rispettabbli f’pajjiżna. Il-kampanja elettorali tiegħu hija waħda serja, ibbażata fuq il-fatti u fuq ir-rispett lejn l-individwu hu min hu: Nazzjonalist, Laburist, Omosesswali, Eterosesswali ….

L-aħħar intervista tiegħu fuq it-Times fejn stqarr li min hu gay għandu d-dritt jaddotta u jieħu ħsieb it-tfal jekk dawn it-tfal se jkunu aħjar, turi l-progressiviżmu ta’ Joseph Muscat u żgur li għalqet ħalq min, bħall-Alternattiva Demokratika jħobbu jgħajru li l-Labour sar lemini daqs il-PN.

Issa naraw kemm il-PN se joħroġ b’ideat bħal dawn?

Read more…

Transparenza u Efficjenza fil-Parlament

January 14, 2013 Leave a comment

Joe Muscat u Grech

Bil-maqlub ta’ Dr. Gonzi li ma staħax iżid il-paga tiegħu u tal-Ministri b’500 ewro fil-ġimgħa, il-Kap tal-PL, Dr. Joseph Muscat mhux talli qal li l-MPs mhux se jiżdiedu fil-paga, iżda se jitħallsu ta’ kull seduta li jattendu.

Din hi s-serjeta’ u l-kontabilita’ li l-MPs jagħmlu xogħolhom sew u mhux jagħmlu bħal xi wħud li jitħallsu għalxejn u qatt ma jirfsu l-għatba tal-Parlament.

Read more…

Il-Labour iwiegħed Unjoni Ċivili għal Koppji Gay

January 13, 2013 Leave a comment

LGBT

Dan il-blog twaqqaf biex jgħin fil-battalja kontra l-Knisja u l-PN li riedu jċaħħdu lill-poplu Malti mid-dritt tad-divorzju.

Għalina, r-rebħa ta’ l-iva fir-referendum għad-divorzju kienet rebħa għas-sekulariżmu f’pajjiżna u daqqa ta’ ħarta lill-forzi tad-dlam li dejjem iridu jżommu l-poplu lura u jiddettaw lil kulħadd kif għandu jgħix.

Read more…