Archive

Author Archive

Ir-rebħa ta’ l-ilpup, briganti u dawk verament fil-bżonn tad-divorzju

May 29, 2011 1 comment

Ahna tal-Mazzun qisna bahrin fis-sakra bhalissa bil-ferh! Dak li tant stinkajna ghalih minn dan il-blog fl-ahhar gimghat kellu jsehh! Mhux ghax konna fiducjuzi hafna l-Hadd kmieni filghodu imma dak li rajna fis-sala ta’ l-ghadd tal-voti kienet il-konferma li Malta issa harget mill-Medju Evu u ma tridx lill-Knisja Kattolika Maltija tibqa’ tizzattat u tindahal f’affarijiet purament sekulari!

Ahna kburin li ahna “lpup”, “birganti”, u “tradituri”! Ahna kburin li sfidajna lill-Knisja meta din hedditna li se mmorru l-Infern jekkk nivvutaw IVA. Ahna kburin li nehhejna l-maskra ta’ Angelik Caruana ta’ Borg in-Nadur. Ahna kburin li ma hellejniex nies bhal Clyde Caruana jimpressjonana. Read more…

Categories: Opinion Tags: , , , , ,

Green party welcomes referendum result | MaltaToday

May 29, 2011 Leave a comment
Categories: News Tags: , , , ,

L-IVA jirbah ir-referendum dwar id-divorzju

May 29, 2011 1 comment

L-IVA jidher li rebah ir-referendum dwar id-divorzju b’bejn 52 u 54% tal-voti skond il-kampjuni mehuda mill-partiti politici. Filwaqt li tal-IVA bdew jiccelebraw, il-Prim Ministru Gonzi ammetta t-telfa u qal li l-Parlament issa jrid jghaddi l-ligi li tippermetti d-divorzju. U intant il-Knisja Kattolika Maltija baqghet siekta u ghadha ma rreagixxietx ghal dan ir-rizultat li zgur se jhalli effett kbir fuqha.

Il-Hadd fil-ghaxija ghandna nkunu nafu ezatt l-ghadd totali tal-voti.

Ahna tal-Mazzun se naghmlu analizi ta’ dan ir-rizultat storiku filwaqt li nittamaw li tajtna s-sehem taghna, zghir kemm kien zghir, biex Malta sekulari tirbah fuq Malta fundamentalista.

Updated: Divorce Movement declares victory, Gonzi concedes – timesofmalta.com

May 29, 2011 Leave a comment
Categories: News Tags: , , ,

Ghawdex jivvota LE imma Malta jidher li vvutat IVA

May 29, 2011 Leave a comment

Is-sala ta' l-ghadd tal-voti f'Dar il-Mediterran il-Belt Valletta

Fl-10am beda l-issortjar tal-voti skond il-preferenza IVA u LE. L-ewwel samples li jiehdu r-rapprezentanti tal-partiti juru li Ghawdex ivvota LE filwaqt li jidher li hemm tendenza li lokalitajiet tradizzjonalment favur il-Partit Laburista vvutaw iktar IVA filwaqt li dawk favur il-PN ivvutaw LE. Pero’ jidher li l-10 distrett jista’ jkun eccezzjoni ghaliex l-IVA sejjer tajjeb minkejja li dan huwa forizza Nazzjonalista.

KOLLOX MA’ KOLLOX L-IVA JIDHER FUQ QUDDIEM B’MADWAR 52% IMMA GHADU KMIENI BIEX IKANTAW VITTORJA. DAN MHUX L-GHADD TAL-VOTI IMMA BISS TEHID TA’ SAMPLES.

Categories: News Tags: , , , ,

Referendum Ivvizzjat

May 29, 2011 Leave a comment

U tghid mhux se jiddeciedu ghalina qatta' sorijiet li qatt ma hargu mid-dar!

Sfortunatament, dak li ilna xahar navzaw li se jigri gara!

Konna ilna nghidu li tal-“Le” mhux se joqghodu kwieti u jobdu l-ligi elettorali ghax meta minghalik li int imnebbah minn Alla, mhux difficli li tghawweg u anke tikser il-ligi u kollox waqa’ fuq widnejn torox.

Read more…

Bongu Malta fundamentalista? Jew sekulari?

May 29, 2011 Leave a comment

Jidher li mhux se tkun ghodwa tajba ghas-sekulari Maltin. L-ewwel indikazzjonijiet li ghanda mis-sala ta’ l-ghadd tal-voti hija li l-Knisja rnexxiela timmobilita lin-nies taghhom u t-theddid bl-Infern zamm xi votanti ‘l boghod mic-centri tal-votazzjoni. Ivvutaw 72% biss. Imbaghad is-Sibt filghaxija, meta kien ghad fadal ftit sighat biex tintemm ghall-votazzjoni, l-isqfijiet hargu dik l-apologija li ma ntlaqghet xejn tajjeb.

Pero’ titkellem ma’ nies differenti jaghti tbbassir differenti. min jghid IVA u min jghid LE, kif jghid il-Malti.

Ibqghu maghna ghal iktar aggornamenti mill-korrisponendti taghna fis-sala ta’ l-ghadd tal-voti fil-Belt Valletta.

Servizz mis-sala ta’ l-ghadd tal-voti – live

May 29, 2011 Leave a comment

Ahna tal-Mazzun ninsabu under cover fis-sala ta’ l-ghadd tal-voti tar-referendum f’Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi l-BeltValletta. Lesti biex naghtu ahbarijiet u kummenti live. Kunu maghna matul il-gurnata tal-Hadd.

Saviour Balzan dwar l-Apoloġija mill-isqfijiet

May 29, 2011 Leave a comment

Kulħadd rebbieħ fir-referenda f’Malta!

May 29, 2011 Leave a comment

L-istorja ta’ Malta tgħallimna li ftit saru referenda u li dejjem l-IVA rebaħ imma appuntu wara li ħareġ ir-riżultat kellna tilwima sħiħa fuq min realment rebaħ u tilef. L-iktar eżempju riċenti u li forsi jiftakruh in-nies huwa dak tal-“Partnership Rebaħ” fl-2003 meta l-Malta Labour Party qal li hu rebaħ ir-referendum dwar id-dħul ta’ Malta fl-UE filwaqt li l-bqija tad-dinja interpretat ir-riżultat bħala rebħa ta’ l-IVA. Tgħid se nerġgħu ngħaddu mill-istess buffonata nhar il-Ħadd li ġej meta jingħaddu l-voti fir-referendum tad-divorzju?

Read more…

L-Importanza tas-sekularizmu (It-tieni parti)

May 29, 2011 1 comment

Illum johrog ir-rizultat jekk il-bilanc se jaqlibx lejn is-sagru jew is-sekulari.

Karatteristika importanti ohra ta’ din il-mewga sekulari kien li-kapacita’ li tispjega u tiggustifika s-separazzjoni bejn istituzzjonijiet socjali u politici mir-religjon. Dan wassal biex jibdew jintuzaw zewg kliem importanti fid-deskrizzjoni tas-socjeta’: s-“sekularita’” u s-“sekularizmu”.

Read more…

And the winner is … żgur mhux il-Knisja!

May 28, 2011 Leave a comment

Issa lesta l-froġa. Il-votazzjoni fir-referendum tad-divorzju ntemmet u l-Ħadd wara nofsinhar inkunu nafu r-riżultat. Pero’ ikun x’ikun ir-riżultat, nafu żgur li l-Knisja se toħroġ telliefa. Għaliex telliefa anke jekk jirbaħ il-LE?

Read more…

Bishops to tell voters of sorrow for Church’s words and actions | MaltaToday

May 28, 2011 Leave a comment

Bishops to tell voters of sorrow for Church’s words and actions | MaltaToday.

Nota tal-Mazzun: INKREDIBBLI! TAL-MISTĦIJA! Issa jridu jitolbu apoloġija wara li għajjruna “lpup” u “briganti” u heddewna bl-Infern? Issa li tkun intemmet il-votazzjoni u mhux meta sar dan it-theddid? Apoloġija bħal din ma nistgħux naċċettawha.

Categories: News Tags: , , , ,

Se nħallu xjuħ u sorijiet jiddeċiedu għalina?

May 28, 2011 Leave a comment

Ritratt meħud u pubblikat fuq news portal dwar il-votazzjoni fir-referendum dwar id-divorzju. Il-kliem huwa tal-Mazzun.

Categories: Opinion Tags: , , ,

Updated: Voter turnout at 2 p.m. 34 per cent – timesofmalta.com

May 28, 2011 Leave a comment