Archive

Author Archive

Church offers money and property to No campaign

April 26, 2011 Leave a comment
Categories: News

IL-KNISJA MALTIJA MA TITGHALLEM QATT

April 24, 2011 Leave a comment

Waqa’ l-ass … ma nafx jekk qrajtux l-ahhar pastorali li hargu l-Isqfijiet Maltin. Ma qalulniex direttament li jekk nivvotaw favur id-divorzju ha mmorru l-Infern u nispicca ninharqu ghall-infinita. Minflok dahhlu l-kuncett tal-‘Konsegwenzi Irreparabbli’. Bhas-soltu jitkellmu tqil halli min ma tantx ghandu edukazzjoni jinxef bil-biza’ u min hu edukat l-ewwel jithawwad imbaghad wara jinxef bil-biza’ ta’ sahta dejjiema ma’ Belzebub!

L-Arcisqof ta' Malta Pawl CremonaDin tal-kliem tqil u teologiku tattika antika li fil-fatt ma tantx kien juzaha l-aktar bniedem li gab l-ghaqda f’Malta; persuna li zgur li se qieghda tgawdi l-glorja tal-Genna minhabba l-hniena u l-modrija li kienet turi mal-proxxmu kif ried u ghallem Gesu Kristu. Qed nirreferi ghall-Arcisqof Mikiel Gonzi li rnexxielu jifred il-poplu aktar minn kull politikant li kellna u li spicca dahhal id-Dnub il-Mejjet u l-Interdett fuq il-Laburisti, tant li hafna minnhom spiccaw midfuna fil-mizbla u jizzewgu bil-mohbi f’xi sagristija u llum ma jridux jafu b’Knisja.

Jekk affarijiet bhal dawn ma jikkonvincux il-poplu li l-Isqfijiet ta’ Malta mhuma xejn aktar minn xjuh maqtugha mir-realta’ li d-decizjonijiet taghhom jaghmlu hsara hafna akbar minn dawk tan-nies normali, it-tort tal-poplu ghax wara storja mizghuda bil-hnizrijiet u ruxxmata hnizrijiet ohra ricenti bhall-kwistjoni tal-pedofilija u l-fottament ta’ l-iskejjel tal-Knisja li ghamluhom bastjun ta’ l-elitizmu (staqsu lil min hu gej minn San Alwigi), mhux missu tghallem imma minflok joqghod jitrieghed f’rokna jistenna x-xjaten jigu ghalih jigbduh l-infern.

Skond il-pastorali, min jivvota “Iva” fir-referndum ghad-divorzju jkun qieghed jisfida lill-Alla u l-Magisterium tal-Knisja li ssostni li l-kelma taghha hija nfallibli. Imma ejja naraw jekk verament hiex infallibli. Fil-fatt, skond il-Koncilju Vatican I (Kapitlu 4, Numru 9), l-idea li l-Papa qatt ma jista’ jizbalja meta johrog il-Magisterium (it-taghlim tal-Knisja) hija erezija sakemm dan ma jobdix il-kriterji kollha tal-Bibbja u kemm hemm kitba fuq id-divorzju fil-Bibbja? (Ghal spjegazzjoni aktar dettaljata aqraw l-artiklu ta’  Dun Mark Montebello li tqieghed f’dan il-blog apposta.)

Bhas-soltu, kwistjonijiet bhal dawn jigu kkumplikati apposta halli jifhmuhom biss it-teologi u l-avukati kanonici. X’jimpurtahom mill-populin, l-aqwa li jhawduh kemm jifilhu sakemm ma jkunx jaf jekk hux gej jew sejjer; l-importanti li jivvota kontra r-referendum u mhux l-ugiegh tal-familji miksura u tfal imwewra ghax ommijiethom u missirijiethom iridu joqtlu lil xulxin. X’jimpurtahom mill-problemi socjali!

Ghalhekk il-Knisja dejjem kienet kontra t-tixrid tal-gherf u t-taghlim ghax dawn jifthu l-imhuh u jgieghlu l-populin jahseb u jinfed il-hmerijiet u s-superstizzjonijiet li sqewh u ghadu jisquh.

Ara x’kitbu fil-pastorali: “Kristjan irid jiehu decizjoni favur jew kontra d-divorzju skond it-twemmin tieghu. Ghall-Kristjan, il-ligi li tbiddel zwieg f’xi haga temporanja tmur kontra dak li jrid Alla. Ghal din ir-raguni, il-Kristjan li jiffovorixxi d-divorzju johloq qasma bejn it-twemmin tieghu u d-decizjoni li jixtieq jiehu; liema decizjoni li se tohlog konsegwenzi rreparabbli.”

Ilna nghidu f’dan il-blog li l-evidenza favur zwieg dejjiemi li ma jistax jinkiser ma tantx hi dokumentatat tajjeb fil-Bibbja u minn naha l-ohra, nara stramba kif Alla li dejjem jigi deskritt bhala “Imhabba Bla Qies” minflok jaghder familji mkissrin jehodha daqshekk qatta’ bla habel maghhom ghax fallielhom iz-zwieg u jixtiequ jholluh biex jergghu jibdew hajja gdida ma’ xi hadd iehor. Ma rridux ninsew insemmu l-annulament li toffrieh il-Knisja u li hu mistmerr anke mill-Kristjani stess ghax jafu li mahkum mill-korruzzjoni. Wara kollox, dan imexxi mill-avukati kanonici u f’Malta minn nofs tuzzana tal-qalba jimpalaw il-flus u jaghmlu hajjet in-nies mizerja.

Importanti li n-nies jifhmu li rreparabbli jfisser minghajr rimedju u ghalhekk vot favur ir-referendum huwa fl-istess livell tad-Dnub il-Mejjet.  Tassew inkredibbli kif il-Knisja ma’ titghallem qatt u lesta terga taghmel l-istess zbalji li ghamlet hamsin sena ilu, u li hallew effetti dejjiema fuq hafna Laburisti li sal-lum ma jridux jafu b’Knisja.

Biex tifhmu l-ipokrezija grassa tal-Knisja Kattolika Maltija, fl-istess pastorali taccetta il-pjanijiet tal-gvern li jiregola l-ligi tal-kohabitazzjoni minkejja li skond il-ligi t’Alla din dnub ukoll.

Fl-ahhar mill-ahhar, jintrebah jew jintilef ir-referendum ghad-divorzju, telliefa wahda se jkun hawn: il-Knisja Maltija – ghaliex regghet fakkret lin-nies li baqghet l-istess wara hamsin sena u li lesta tirrikori ghat-tattici mahmuga li kulhadd kien haseb li mhux se terga tuza.

Imma dawk in-nies qatt ma jinbidlu!

Categories: Opinion Tags: ,

‘Old’ versus ‘new’ Catholics in the Church’s fight against divorce | MaltaToday

April 21, 2011 Leave a comment
Categories: News

L-Annullament – Legali?

April 21, 2011 Leave a comment

Jekk tmur fuq xi hadd, jista’ jkun Kattoliku prattikanti jew le u ssemmilu l-Annulament tal-Knisja, zgur li ha jirrispondik b’xi sinjal negattiv jew irrabbjat. Xi tixjira ta’ rasu jew qlib l-ghajnejn.

L-annulament tal-Knisja Kattolika zgur li mhijiex wahda mill-aktar affarijiet li n-nies jammiraw dwarha. Anzi, hafna jqisuha bhalha wahda mill-aghar decizjonijiet tal-Knisja Kattolika flimkien mac-celebat tal-kleru u d-duttrina antikwata dwar il-kontracezzjoni. Hasra li qatt ma sar studju biex jigi determinat kemm nies telqu l-Knisja Kattolika minhabba l-martirju li kellhom jghaddu minnhom biex jiehdu l-annulament. Ohrajn sal-lum jistmerru l-Knisja talli ma tawhomx l-annulament filwaqt li nies b’kuntatti politici tajbin, izda b’anqas ragun li jiehduh, inghataw l-annulament fiz-zmien rekord.

Kemm tisma’ nies jghidulek li fl-annulament mhux kulhadd u Malta zghira. Avolja l-Knisja qatt ma harget statistika u zgur li mhux se tohrogha biex turi x’tip ta’ nies jinghataw l-annulament malajr u minghajr problemi. Ilsna hziena jghidu li jekk ikollok zewg kunjomijiet, tkun Nazzjonalist prominenti jew ikollok konnessjonijiet tajbin mal-PN jew tkun tigi minn xi hadd fil-Kurja jew ikollok xkora flus ghandek cans kbir li tiehu l-annulament tal-Knisja minghajr problemi; u jista’ jkollok turrun tfal ghax mhiex problema; sa anke tnejn jaghtuk bhalma taw lit-tifel tal-President Emeritus, Eddie Fenech Adami. X’ma johrogx kontra d-divorzju u t-tfal tieghu kollha bil-garanzija jiehduh l-annulament ghax kien, ghadu u jibqa’ l-akbar habib tal-Knisja.

Staqsu ftit lil min jinsab miblugh ghax kellu kas car t’annulament u karkar snin twal biex hadu u whud lanqas tahulhom? Staqsu ftit fuq l-ispejjez ta’ dawk il-ftit avukati Nazzjonalisti li dejjem jigu mqabbdu mill-Knisja Maltija ghax huma specjalizzati fil-ligi kanonika tal-Knisja u li jaghmlu hajjet il-klijenti taghhom infern?

Il-Knisja Maltija lanqas biss tiftah halqha dwar id-divorzju ma missha bil-hnizrijiet li thalli jsiru bil-kunsens taghha fil-kwistjonijiet ta’ l-annulamenti.

IL-LEGALITA’ TAS-SALVAZZJONI

Tridu tiftakru li l-annulament tal-Knisja Kattolika jaf l-origini tieghu fil-moffa u l-ghanqbut li kien jirrenja elfejn sena ilu u li jissemma’ fil-Bibbja. Tant hu hekk, li s-sagrament taz-zwieg imur lura sat-tieg ta’ Kana — rakkont li ftit li xejn jitkellem fuq iz-zwieg bhala wiehed mis-seba’ sagramenti tal-Knisja. Il-haga stramba hi li l-annulament  jiddependi fuq il-posizzjoni iebsa tal-Knisja li z-zwieg huwa sagrament li jista’ jigi esperjenzat biss darba fil-hajja ta’ bniedem.

Stramberija akbar hija kif it-Tribunal tal-Knisja jista’ jghaddi gudizzju fuq sagrament li xi hadd ircieva 20 jew 30 sena ilu. It-Tribunal jiftah iz-zwieg ta’ persuna ghall-iskrutinju ta’ l-avukati biex dawn jaghtu gudizzju legali fuq sagrament li ttiehed 20 sena ilu u jiddeciedu kemm ghadu validu ghall-kopja llum. Fi kliem aktar car, il-Knisja qed thalli grupp t’avukati jaghmlu rapport fuq is-salvazzjoni tar-ruh tal-persuni li jridu l-annulament. Possibli meta nafu li r-relazzjoni bejn individwu u Alla hija wahda tant personali, erba’ avukati li probabli aktar mohhom fil-flus, kapaci jifhmu relazzjoni bhal din? Ma’ dan iridu nzidu l-pruzunzjoni tal-Knisja li wara li l-avukati jiddeterminaw fejn tinsab ir-relazzjoni bejn l-individwi li applikaw ghall-annulament u Alla, ir-Rota ta’ Ruma tiddeciedi jekk ghandhomx jinghataw is-salvazzjoni billi jiddeciedu li z-zwieg taghhom qatt ma sehh jew is-sahta li z-zwieg taghhom kien wiehed validu u ghandhom jibqghu ddisprati flimkien ghal hajjithom kollha.

F’dan il-kuntest hemm zewg problemi fundamentali bl-annulament tal-Knisja. Mhemmx bazi qawwija fl-iskrittura li turi li z-zwieg ghandu jigi trattat ta’ sagrament u ma tistghax tigi accettata l-legalizzazzjoni tas-salvazzjoni ta’ l-individwu f’rigward l-annulament.

Categories: Opinion Tags: ,

Għaliex il-Knisja hija kontra d-divorzju? Meta Ġesu’ kien favur?

April 20, 2011 3 comments

Dun Mark Montebello

Il-mistoqsija semplici tieghi hawnhekk se tkun din: Ghaliex il-Knisja Kattolika hija kontra d-divorzju meta Gesù nnifsu kien FAVUR id-divorzju? Nixtieq noffri ftit hsibijiet dwar ghaliex u kif tista’ tigi mwiegba din il-mistoqsija. Naghmel dan fl-ispirtu ta’ diskussjoni u qsim ta’ ideat u b’ebda mod assolutista jew dommatistiku.

Id-diskussjoni rispettabbli u intelligenti, dwar id-divorzju jew dwar hwejjeg delikati ohra, hija sabiha u sana, u ghandha tqis l-aspetti kollha tal-kwestjonijiet diskussi. Ghaldaqstant, ma nahsibx li din it-tema li nixtieq nittratta fil-qosor hawnhekk inghatat s’issa l-attenzjoni li jixirqilha jew is-siwi li ghandu jkollha.

Il-Knisja u Gesù

Jiena jidhirli li kull argument iehor―socjologiku, psikologiku, ekonomiku, politiku u l-bqija―li l-Knisja Kattolika tista’ ggib kontra d-divorzju ma jista’ qatt jinghata siwi, ghallanqas mill-punto di vista tal-Knisja Kattolika, aktar minn dak li qal u ghamel Gesù. Ovvjament, dan ma jfissirx li l-argumenti socjologici, psikologici, ekonomici, politici u l-bqija li tista’ tishaq fuqhom il-Knisja Kattolika biex issostni l-oppozizzjoni taghha kontra d-divorzju mhumiex validi, u xi kultant validi hafna, fihom infushom. Qed nghid biss li, fil-kuntest ta’ dak li tghid u temmen il-Knisja Kattolika, dawn m’ghandhomx importanza jew siwi aktar jew akbar mit-taghlim u l-hajja ta’ Gesù.

Dan huwa importanti hafna. Ghax il-Knisja Kattolika mhijiex istituzzjoni socjali jew politika biss. Hija istituzzjoni li tissokta t-taghlim u l-hidma ta’ Gesù. Ghalhekk dak li qal u ghamel Gesù ghandu siwi suprem u assolut f’kull perspettiva u f’kull diskors li tista’ taghmel il-Knisja Kattolika fuq id-divorzju u fuq kull haga ohra.

Gesù u d-divorzju

Ghalkemm dan il-princjipju jista’ jidher ovvju, fir-realtà jidher li mhuwiex dejjem hekk. F’nofs Lulju li ghadda, nghidu ahna, fir-rapport For Worse not for Better (titlu b’Ingliz dizastruz), mahrug minn ProgettImpenn (Kummissjoni Djocesana Familja, Caritas u Moviment ta’ Kana) tal-Knisja Kattolika, Gesù ma jissemmiex imqar darba. Il-Vangelu jew xi silta ohra tal-Bibbja ma jissemmewx darba. Id-diskors kollu maghmul f’dan ir-rapport jista’ jissejjah socjologiku, psikologiku, ekonomiku, politiku jew li trid … imma zgur mhux teologiku jew evangeliku, kif wiehed aktarx jistenna.

Wiehed jifhem ghala rapport―tal-Knisja Kattolika jew le―li jrid igib argumenti kontra d-divorzju ma jsemmix lil Gesù. Ir-raguni semplici hija din: Ghax ma jistax!Ghax fil-fatt Gesù ma kienx kontra d-divorzju. Kien jaccettah. Qabel ma nghid kif kien jaghmel dan, jehtieg li nifhmu l-kuntest li fih Gesù kien izomm din il-pozizzjoni. Wara naraw il-bidla sinifikattiva li Gesù introduca fil-prattika tad-divorzju, naraw ukoll kif Gesù kien iqis iz-zwieg minkejja l-accettazzjoni tieghu tad-divorzju, nistharreg kif San Pawl kien ihares lejn id-divorzju, naghti harsa lejn kif jitqies id-divorzu mill-Knejjes Insara l-ohra (Ortodossi u Protestanti) u fl-ahharnett nislet xi konkluzjonijiet relevanti. Read more…

Categories: News Tags: , ,

Divorce referendum ‘not political’ – Gonzi | MaltaToday

April 19, 2011 Leave a comment
Categories: News Tags: , ,

Id-divorzju mhux issue politika, Lawrence iċ-ċuċ u Andre’ l-fantażma!

April 18, 2011 Leave a comment

Id-divorzju ma kenitx issue politika, imma sfortunatament kien fl-interess ta’ Laurence Gonzi li jbiddilha f’issue politika ghax dan l-unika mod kif r-referendum jintilef u l-PN johrog bl-unuri.

Hafna ma jiftakrux l-allejanza tal-PN u l-Knisja li ilha ghaddejja kwazi seklu f’pajjizna, tant li servej ricenti fuq il-Maltatoday wera li 23% biss jemmnu li l-Knisja ghamlet bizzejjed biex tfejjaq il-ferita’ li halliet l-Interdett. Dan ifisser li 77% ghadhom qed jistennew il-Knisja tpatti tad-dnubietna. Mhux il-hin kollha jippriedtkaw li ahna l-populin iridu npattu tad-dnubietna, u meta jaghmlu gazuba huma, joffru bicca apologija! Read more…

Gap narrows between pro and anti-divorce camps | MaltaToday

April 18, 2011 Leave a comment
Categories: News Tags: , , ,

Church ‘stupefied’ at new Belgian child sex horror – timesofmalta.com

April 18, 2011 Leave a comment
Categories: News Tags: , , ,

On average 500 people separated per year in the last 10 years

April 17, 2011 1 comment
Categories: News Tags: , ,

Freedom of conscience – timesofmalta.com

April 16, 2011 Leave a comment

Interdett fl-era ta’ l-Internet

April 15, 2011 Leave a comment

Dan mhux artiklu politiku. Pero’ ma nistghux ninsew l-istorja. F’April 1961 il-Knisja Kattolika Maltija imponiet l-Interdett fuq il-Partit Laburista u kull min kien jivvutalu u jaqra l-gazzetti tieghi. 50 sena wara hemm il-periklu li l-istorja tirrepeti ruhha. Minkejja l-apologija pubblika li kien ghamel l-ex arcisqof Guzeppi Mercieca.

Fis-Snin 60 f'Malta kien dnub mejjet li tivvota ghal jew taqra l-gazzetti ta' wiehed mill-partiti politici ewlenin

Il-Francizi jghidu plus ça change, plus c’est la même chose, jigifieri iktar ma haga tinbidel iktar fil-fatt tibqa l-istess. Fl-era tal-Internet, l-ismartphone u l-high definition TV is-sitwazzjoni socjali Maltija hija differenti hafna minn dik ta’ 50 sena ilu. Il-Maltin inbidlu, sirna indipendenti, dhalna fl-Unjoni Ewropea. Sirna moderni, imam f’certi aspetti bhad-divorzju u gharfien tad-drittijiet ta’ minoranzi bhall-omosesswali ghadni ma lhaqniex il-livell ta’ pajjizi ohra Ewropew.

Minn daqshekk, biddilna u inbdilna hafna. Izda bqajna l-istess. L-Interdett li nghata fis-Snin 60 qed jerga’ jinghata llum. Le, mhux bl-istess isem jew fl-istess forma, izda bl-istess intenzjoni, dik li tbezza. Read more…

Categories: Opinion Tags: , , , ,

Never mind divorce…(1) – timesofmalta.com

April 15, 2011 Leave a comment
Categories: Opinion Tags: , , ,

Majority of registered divorces in UK, Australia, US – timesofmalta.com

April 14, 2011 Leave a comment
Categories: News Tags: ,

Anqas jiem u ħin għat-tqassim tad-dokumenti tal-vot għar-referendum

April 14, 2011 Leave a comment
Categories: News Tags: