Ambjent Lokali

Ajkla ta’ speċi rari fil-mira ta’ kaċċa illegali

Ajka ta’ speċi rari dalgħodu kienet fil-mira ta’ kaċċa illegali waqt li din kienet qrib il-Linji tad-Dwejra. Fi stqarrija, BirdLife Malta qalet li l-ajkla, tat-tip Short-toed, kienet qed tistrieħ fuq il-blat u aktar tard fis-siġar meta kaċċaturi sparaw lejha u minn hemm ma baqgħetx tidher aktar.

Kif it-tajra waslet fil-post, membri mill-BirdLife marru biex jimmonitorjaw iż-żona u aktar tard ċemplu lill-Pulizija biex jinvestigaw l-isparar.

Wara dan il-każ, fi stqarrija BirdLife appellaw lill-awtoritajiet għal pieni aktar ħorox kontra l-kaċċa illegali. Huma appellaw ukoll għal aktar infurzar. L-għaqda appellat ukoll biex min jara kwalunkwe każ ta’ kaċċa illegali, jċempel fuq 21347646 jew lill-Pulizija fuq 119.