Lokali

Jinstab Ħal Luqa ż-żiemel li sfratta u ħarab qalb il-vetturi fil-Marsa

Żiemel instab Ħal Luqa wara li għamel xi ħin maħrub qalb il-vetturi fl-inħawi ta’ bejn Ħal Luqa, Santa Luċija u l-Marsa.

Dan ġie kkonfermat ma’ Net News minn kelliema għall-Pulizija fejn intqal li kienet għaddejja bi tfittxija għaż-żiemel li intlemaħ kemm fi Triq Aldo Moro, kif ukoll fi Triq Garibaldi u Triq il-Kunsill tal-Ewropa fost oħrajn

Filwaqt li fortunatament l-ebda persuna ma ndarbet f’dan il-każ, numru ta’ vetturi ġarbu xi ħsarat.

S’issa l-kundizzjoni taż-żiemel għadha mhux magħrufa.