Sunday, May 5, 2024

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili jsalvaw debba minn Santa Venera

Aqra wkoll

Dalgħodu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kienu mpenjati f’operazzjoni oħra biex jiġi salvat debba li spiċċċat maqbuda bejn ħajt u xi terrapien.

L-operazzjoni tas-salvataġġ kienet wara sejħa għall-għajnuna minn xi persuni f’Santa Venera fejn il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili minn Ħal Far u anke mill-istazzjon tat-tifi tan-nar USAR marru mill-ewwel fuq il-post.

Permezz ta’ crane, id-debba inħarġet minn fejn kienet maqbuda u mill-ewwel bdiet tingħata l-ewwel għajnuna. Jidher li l-annimal ma kellix ġrieħi gravi.

Sport