Monday, May 13, 2024

Xabla ta’ 900 sena tinstab f’qiegħ il-baħar fl-Iżrael

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Xabla maħsuba li kienet tappartjeni lil kavallier tal-perjodu tal-Kruċjati madwar 900 sena ilu nstabet minn bugħaddas ‘il barra mill-kosta tat-tramuntana tal-Iżrael. 

Ix-xabla twila metru, instabet minn Shlomi Katzin u ġiet mgħoddija lill-awtoritajiet rispettivi. Huwa maħsub li din ix-xabla li hija miksija b’organiżmi tal-baħar tfaċċat wara li ċċaqlaq ir-ramel.

L-Awtoritajiet tal-Antikitajiet tal-Iżrael (IAA) qalet li ġaladarba din titnaddaf, se titpoġġa għall-wiri. “Ix-xabla, li ġiet ippreservata f’kundizzjoni perfetta, hija sejba sabiħa u rari evidentement kienet ta’ kavallier tal-perjodu tal-Kruċjati,” qal Nir Distelfield mill-IAA. “Hi xi ħaġa eċitanti li tiltaqa’ ma’ oġġett personali bħal dan, li jieħdok lura 900 sena f’era differenti, b’kavallieri, korazzi u xwabel fost oħrajn.

Sport