Fl-ibħra Maltin milli jidher hawn madwar 36 speċi ta’ kelb il-baħar differenti u għalkemm ħafna minnhom m’huma tal-ebda perikolu għal bniedem. Madwar Filfla, jgħidu li jbejtu numru ta’ klieb il-baħar.

Skont il-Mużew Tal-Istorja Naturali fi Florida, fil-Mediterran kien hemm madwar 22 attakk minn klieb il-baħar, speċifikament minn great white sharks.

Waħda mill-akbar speċi ta’ dawn il-klieb il-baħar kienet inqabdet fl-ibħra Maltin. Tinkwetawx wisq però vera ftit kienu l-attakki rrapurtati fl-ibħra Maltin u aħna ddeċidejna li nfakkru dawn l-avvenimenti li ġraw tul is-snin.

View this post on Instagram

A post shared by Nature & Beyond (@nature_and_beyond_unedited) on

1890 – L-ewwel attakk magħruf

Ġewwa Marsaskla, fi Frar 4 sajjieda spiċċaw il-baħar – Salvatore Bugeja, Agostino Bugeja, Carmelo Delia and Carmelo Arela. Tnejn mis-sajjieda salvaw, iżda l-missier u l-iben qatt ma nstabu. Uħud mis-sorsi jgħidu li d-data ġrat f’April tal-istess sena, filwaqt li sorsi oħra jgħidu li dan l-aċċident seħħ fl-1907.

1907 – It-tieni attakk jew konfużżjoni fid-dati?

F’Marzu tal-1907, missier u iben spiċċaw għebu wara kelb il-baħar ta’ madwar sitt metri attakkhom. Waqt argument sħun li kellhom, it-tnejn spiċċaw fl-ilma waqt li kienu qed jistadu barra minn Marsaskala. Ix-xena rawha sajjieda oħra li provaw ituhom l-ewwel għajnuna imma kollu kien ta’ xejn.

View this post on Instagram

A post shared by Tyler Schiffman (@tyschiff) on

1956 – Attakk Ieħor F’Lulju Ta’ Din Is-Sena

Għalliem ta’ 40 sena u student tiegħu kienu qed jgħumu ġewwa l-bajja ta’ San Tumas, u huwa mifhum li l-għalliem ġie attakkat minn kelb il-baħar ta’ ħames metri. Dak is-sajf jidher li l-Maltin ma tantx resqu lejn il-baħar, iżda kienet daret il-qlajja li l-għalliem kien ġie maqtul minn bugħaddasa Sovjetiċi għax kien spija.

2010 – Attakk Ġewwa L-Belt Valletta

Raġel ta’ 35 sena, jqis lilu nnifsu ffurtunat hekk kif kellu esperjenza xejn sabiħa ma’ kelb il-baħar ta’ tliet metri. Ir-raġel kien qed jippratika l-windsurfing meta ħuta kbira, li r-raġel jemmen li kienet kelb il-baħar ħabtet mal-board li kien fuqha. Milli jidher il-kelb il-baħar għamel madwar 45 minuta jdur miegħu. Ir-raġel kien itella’ mill-baħar u ġie assistit għax-xokk kbir li ġarrab mill-forzi armati!

View this post on Instagram

A post shared by Great Guides (@greatguides) on

Filmat li sab ruħu fuq il-midja soċjali s-sena l-oħra ukoll juri kelb il-baħar fl-ibħra Maltin. Dan il-filmat tistgħu tarawh billi tagħfsu HAWN. Din mhux l-ewwel darba li xi nies iltaqgħu magħhom fl-ibħra tagħna.

Wieħed għandu dejjem joqgħod attent, speċjalment meta tkun f’ibħra miftuħa. Għalkemm l-attakki mhux komuni u hemm ħafna mistoqsijiet dwar l-attakki li ġew irrikordjati, tajjeb li wieħed ikun jaf dak li seħħ tul is-snin.

Instagram / Tom Slough Sharks


Emil Calleja Bayliss